Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0586

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-586/10

    Bianca Kücük

    vs

    Land Nordrhein-Westfalen

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht)

    “Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Raġunijiet oġġettivi li jistgħu jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ tali kuntratti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiġġustifika l-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-każ ta’ sostituzzjoni temporanja — Bżonn permanenti jew rikorrenti ta’ persunal ta’ sostituzzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha li fihom isir it-tiġdid tal-kuntratti suċċessivi għal żmien determinat”

    Sommarju tas-sentenza

    Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ tali kuntratti — Applikazzjoni għall-kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — Ġustifikazzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 5(1)(a))

    Il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [għal żmien determinat], li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-bżonn temporanju ta’ persunal ta’ sostituzzjoni, previst minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi konkluż kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat meta l-ħaddiem ikun qiegħed jissostitwixxi ħaddiem ieħor jista’, bħala prinċipju, jikkostitwixxi raġuni oġġettiva fis-sens tal-imsemmija klawżola. Is-sempliċi fatt li min iħaddem ikollu jagħmel użu minn sostituzzjonijiet temporanji b’mod rikorrenti, jekk mhux anki b’mod permanenti, u li tali sostituzzjonijiet jistgħu jiġu koperti wkoll billi jiġu impjegati ħaddiema permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat, ma jfissirx li ma hemmx raġuni oġġettiva fis-sens tal-Klawżola 5(1)(a) tal-imsemmi ftehim qafas u lanqas ma jfisser li hemm abbuż fis-sens ta’ din l-istess klawżola. Madankollu, fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk it-tiġdid tal-kuntratti jew tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat huwiex ġustifikat minn tali raġuni oġġettiva, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ineżami, inkluż in-numru u t-tul kumplessiv tal-kuntratti jew tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi fil-passat mal-istess persuna li tħaddem.

    (ara l-punt 56 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-586/10

    Bianca Kücük

    vs

    Land Nordrhein-Westfalen

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht)

    “Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Raġunijiet oġġettivi li jistgħu jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ tali kuntratti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiġġustifika l-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-każ ta’ sostituzzjoni temporanja — Bżonn permanenti jew rikorrenti ta’ persunal ta’ sostituzzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha li fihom isir it-tiġdid tal-kuntratti suċċessivi għal żmien determinat”

    Sommarju tas-sentenza

    Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ tali kuntratti – Applikazzjoni għall-kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Ġustifikazzjoni