Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0549

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-549/10 P

    Tomra Systems ASA et

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE — Ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Kompetizzjoni – Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kunċett – Kunċett oġġettiv li jikkonċerna l-aġir ta’ natura li jinfluwenza l-istruttura tas-suq u li għandu bħala effett li jostakola ż-żamma jew l-iżvilupp tal-kompetizzjoni – Neċessità li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ intenzjoni antikompetittiva – Assenza

      (Artikolu 102 TFUE)

    2. Kompetizzjoni – Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kunċett – Għeluq ta’ parti sostanzjali tas-suq minn impriża dominanti – Grad ta’ dominazzjoni tas-suq ikkonċernat – Assenza ta’ rilevanza – Neċessità li jiġi ddeterminat livell preċiż ta’ għeluq tas-suq – Assenza

      (Artikolu 102 TFUE)

    3. Kompetizzjoni – Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kunċett – Aġir li għandu bħala effett jew bħala skop li jostakola ż-żamma jew l-iżvilupp tal-kompetizzjoni – Tnaqqis retroattiv

      (Artikolu 102 TFUE)

    4. Kompetizzjoni – Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kuntratti għal provvista esklużiva – Tnaqqis għal fedeltà – Natura abbużiva ta’ din is-sistema ta’ tnaqqis – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 102 TFUE)

    5. Kompetizzjoni – Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Tnaqqis retroattiv – Natura abbużiva – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 102 TFUE)

    6. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Elementi ta’ evalwazzjoni – Żieda tal-livell ġenerali tal-multi – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    1.  L-abbuż minn pożizzjoni dominanti pprojbit mill-Artikolu 102 TFUE huwa kunċett oġġettiv li jkopri l-aġir ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti li, f’suq fejn, preċiżament wara l-preżenza tal-impriża inkwistjoni, il-livell ta’ kompetizzjoni huwa diġà dgħajjef, ikollu bħala effett li jostakola, bl-użu ta’ mezzi differenti minn dawk li jirregolaw kompetizzjoni normali ta’ prodotti jew ta’ servizzi fuq il-bażi ta’ servizzi tal-operaturi ekonomiċi, iż-żamma ta’ livell ta’ kompetizzjoni li għadu jeżisti fis-suq jew l-iżvilupp ta’ din il-kompetizzjoni. Minkejja dan, il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-aġir ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti u għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ abbuż possibbli ta’ tali pożizzjoni, għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali rilevanti kollha li jikkaratterizzaw l-imsemmi aġir. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-istrateġija kummerċjali tal-imsemmija impriża. F’dan il-kuntest, jidher li huwa normali li l-Kummissjoni tevoka fatturi ta’ natura suġġettiva, jiġifieri l-motivi li fuqhom hija bbażata l-istrateġija kummerċjali inkwistjoni.

      Għalhekk, l-eżistenza tal-possibbiltà ta’ intenzjoni antikompetittiva tikkostitwixxi biss waħda min-numru ta’ ċirkustanzi fattwali li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti. Madankollu, il-Kummissjoni b’ebda mod ma hija marbuta tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali intenzjoni min-naħa tal-impriża f’pożizzjoni dominanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE.

      (ara l-punti 17-21)

    2.  Fir-rigward tal-kwistjoni tal-livell ta’ dominazzjoni ta’ suq iddeterminat mill-impriża kkonċernata sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ abbuż minnha, il-pożizzjoni dominanti prevista fl-Artikolu 102 TFUE tikkonċerna sitwazzjoni ta’ saħħa ekonomika miżmuma minn impriża li tagħtiha s-setgħa li tostakola ż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq inkwistjoni billi tagħtiha l-possibbiltà ta’ aġir indipendenti sa estent sinjifikattiv fil-konfront tal-kompetituri tagħha, tal-klijenti tagħha u, fl-aħħar nett, tal-konsumaturi tagħha. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda distinzjoni jew grad tal-kunċett ta’ pożizzjoni dominanti. Meta impriża għandha saħħa ekonomika bħal dik meħtieġa mill-Artikolu 102 TFUE, sabiex jiġi stabbilit li għandha pożizzjoni dominanti f’suq partikolari, l-aġir tagħha għandu jiġi evalwat fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni. Madankollu, il-grad tas-saħħa tas-suq, fil-prinċipju, għandu konsegwenzi fuq il-portata tal-effetti tal-aġir tal-impriża inkwistjoni pjuttost milli fuq l-eżistenza tal-abbuż fih innifsu.

      Rigward l-għeluq ta’ parti sostanzjali tas-suq minn impriża dominanti, dan ma jistax jiġi ġġustifikat billi jintwera li parti tas-suq li setgħet tinkiseb għadha suffiċjenti sabiex takkomoda numru limitat ta’ kompetituri. Minn naħa, il-klijenti li jinsabu fil-parti eskluża tas-suq għandu jkollhom l-opportunità li japprofittaw minn kull grad ta’ kompetizzjoni li hija possibbli fis-suq u l-kompetituri għandhom ikunu jistgħu jikkompetu fuq il-mertu għas-suq kollu u mhux għal parti minnu biss. Min-naħa l-oħra, ma huwiex ir-rwol tal-impriża dominanti li tistabbilixxi kemm għandhom jikkompetu kompetituri profittabbli għal perċentwali tad-domanda li għadha tista’ tinkiseb.

      Barra minn hekk, l-analiżi biss taċ-ċirkustanzi tal-każ tista’ tippermetti li jiġi stabbilit jekk il-prattiki ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti jistgħux jeskludu l-kompetizzjoni. Madankollu, ikun artifiċjali li jiġi stabbilit a priori liema huwa l-perċentwali tas-suq marbut li lil hinn minnu l-prattiki ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti jista’ jkollhom effett ta’ esklużjoni tal-kompetituri.

      Għalhekk, id-determinazzjoni ta’ livell preċiż ta’ għeluq li lil hinn minnu l-prattiki inkwistjoni għandhom jitqiesu bħala abbużi, ma kinitx neċessarja għall-finijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE.

      (ara l-punti 38, 39, 42, 43, 46)

    3.  Għall-finijiet tal-konstatazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE, huwa biżżejjed li jintwera li l-aġir abbużiv tal-impriża f’pożizzjoni dominanti għandu tendenza li jirrestrinġi l-kompetizzjoni jew, fi kliem ieħor, li kapaċi jkollu tali effett.

      Għaldaqstant, fil-każ ta’ sistema ta’ tnaqqis retroattiv li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ fedeltà li permezz tiegħu fornitur jeskludi l-kompetituri tiegħu billi jiġbed lejh il-parti inkwistjoni tad-domanda, ma huwiex neċessarju li ssir analiżi tal-effetti konkreti tat-tnaqqis fuq il-kompetizzjoni peress li, għall-finijiet tal-konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 102 TFUE, huwa biżżejjed li jintwera li l-aġir inkwistjoni jista’ jkollu tali effett.

      (ara l-punti 68, 79)

    4.  Fir-rigward tat-tnaqqis mogħti minn impriża f’pożizzjoni dominanti lill-klijenti tagħha, dan jista’ jmur kontra l-Artikolu 102 TFUE, anki jekk ma jikkorrispondi għal ebda mill-eżempji stabbiliti fil-paragrafu 2 tiegħu. Fil-każijiet fejn impriża li tokkupa pożizzjoni dominanti tuża sistema ta’ tnaqqis, l-imsemmija impriża tabbuża din il-pożizzjoni meta, mingħajr ma torbot lix-xerrejja b’obbligu formali, tapplika, bi ftehim konkluż ma’ dawn ix-xerrejja, jew unilateralement, sistema ta’ tnaqqis għal fedeltà, jiġifieri skontijiet marbuta mal-kundizzjoni li l-klijent — indipendentement mill-ammont, kunsiderevoli jew minimu, tax-xiri tiegħu — tingħatalu provvista għall-bżonnijiet tiegħu kollha jew għal parti minnhom mingħand l-impriża f’pożizzjoni dominanti. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu evalwati ċ-ċirkustanzi kollha, b’mod partikolari l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-għoti tat-tnaqqis, u li jiġi eżaminat jekk it-tnaqqis iwassalx, permezz ta’ vantaġġ li ma huwa bbażat fuq ebda servizz ekonomiku li jiġġustifikah, li lix-xerrej titneħħielu l-possibbiltà ta’ għażla fir-rigward ta’ sorsi ta’ provvista tiegħu jew li jkun hemm restrizzjoni fir-rigward tiegħu, li jiġi miċħud l-aċċess għas-suq lill-kompetituri jew li tiġi msaħħa l-pożizzjoni dominanti permezz ta’ kompetizzjoni distorta.

      Għaldaqstant, sistema ta’ tnaqqis għandha titqies li tmur kontra l-Artikolu 102 TFUE jekk tipprekludi l-provvista ta’ klijenti ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti mingħand produtturi kompetittivi.

      (ara l-punti 69-72)

    5.  Fir-rigward tal-evalwazzjoni tan-natura abbużiva ta’ sistema ta’ tnaqqis retroattiv ipprattikata minn impriża dominanti, il-fatturazzjoni ta’ prezzijiet “negattivi”, jiġifieri ta’ prezz inqas mill-ispejjeż, lill-klijenti, ma tikkostitwixxix kundizzjoni preliminari sabiex tiġi kkonstatata n-natura abbużiva ta’ tali sistema ta’ tnaqqis.

      Leġittimament, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li tali sistema ta’ tnaqqis hija ta’ natura antikompetittiva peress li, l-ewwel nett, l-inċentiv li wieħed jixtri esklużivament jew kważi esklużivament mingħand ċerti impriżi huwa partikolarment b’saħħtu meta l-limiti huma marbuta ma’ sistema li biha l-ksib, skont il-każ, ta’ livell ta’ bonus jew limitu iktar vantaġġuż jinġabar fuq ix-xiri kollu mwettaq mill-klijent matul il-perijodu kkunsidrat u mhux biss fuq il-volum ta’ xiri li jeċċedi l-limitu inkwistjoni. It-tieni nett, il-kombinazzjoni ta’ sistema ta’ tnaqqis adatta għal kull klijent u ta’ limiti stabbiliti abbażi tal-bżonnijiet stmati tal-klijent u/jew tal-volumi ta’ xiri magħmula fil-passat, tirrappreżenta għalhekk inkoraġġiment sostanzjali li jsir forniment, għat-totalità jew għall-kważi totalità tal-apparat neċessarju, mingħand l-imsemmija impriża u jżid artifiċjalment l-ispiża sabiex wieħed jirrikorri għand fornitur ieħor, anki għal numru żgħir ta’ unitajiet. It-tielet nett, it-tnaqqis retroattiv japplika ta’ spiss għal ċerti klijenti ikbar tal-imsemmija impriża bl-għan li tiġi żgurata l-fedeltà tagħhom. Fl-aħħar nett, l-aġir tagħhom ma kienx oġġettivament iġġustifikat sa fejn ma jipproduċix benefiċċji ta’ effiċjenza sostanzjali li jiġġustifikaw l-effetti antikompetittivi prodotti fuq il-konsumaturi.

      Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ esklużjoni rrappreżentat mit-tnaqqis retroattiv ma jeħtieġx li l-impriża dominanti tissagrifika profitti, peress li l-ispiża tat-tnaqqis hija mqassma fuq numru kbir ta’ unitajiet. Permezz tal-għoti retroattiv ta’ tnaqqis, il-prezz medju miksub mill-impriża dominanti jista’ tassew ikun ferm superjuri għall-ispejjeż u jġib miegħu marġni ta’ profitt medju għoli. Madankollu, is-sistema ta’ tnaqqis retroattiv tiżgura li, għall-klijent, il-prezz effettiv għall-aħħar unitajiet ikun baxx ħafna minħabba l-“effett ta’ ġbid”.

      (ara l-punti 73, 75, 78)

    6.  Il-gravità tal-ksur għandha tiġi stabbilita skont numru ta’ fatturi, bħaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multa, mingħajr ma hemm lista vinkolanti jew eżawrjenti tal-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

      Barra minn hekk, il-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservix bħala kuntest ġuridiku għall-multi fil-qasam tal-kompetizzjoni u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw kawżi oħra jistgħu jagħtu biss indikazzjoni. Għalhekk, il-fatt li fil-passat il-Kummissjoni applikat multi ta’ ċertu livell għal ċerti tipi ta’ ksur ma jistax iċaħħadha mill-possibbiltà li tgħolli dan il-livell, jekk żieda tas-sanzjonijiet tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implementazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea, peress li din tibqa’ ddefinita biss bir-Regolament Nru 1/2003. Fil-fatt, l-implementazzjoni tal-imsemmija politika teżiġi li l-Kummissjoni tkun tista’ tadatta l-livell tal-multi skont il-bżonnijiet tal-politika f’dan il-qasam.

      (ara l-punti 104-107)

    Top

    Kawża C-549/10 P

    Tomra Systems ASA et

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Suq tal-magni għall-ġbir ta’ kontenituri tax-xorb użati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE — Ftehim ta’ esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Kunċett — Kunċett oġġettiv li jikkonċerna l-aġir ta’ natura li jinfluwenza l-istruttura tas-suq u li għandu bħala effett li jostakola ż-żamma jew l-iżvilupp tal-kompetizzjoni — Neċessità li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ intenzjoni antikompetittiva — Assenza

      (Artikolu 102 TFUE)

    2. Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Kunċett — Għeluq ta’ parti sostanzjali tas-suq minn impriża dominanti — Grad ta’ dominazzjoni tas-suq ikkonċernat — Assenza ta’ rilevanza — Neċessità li jiġi ddeterminat livell preċiż ta’ għeluq tas-suq — Assenza

      (Artikolu 102 TFUE)

    3. Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Kunċett — Aġir li għandu bħala effett jew bħala skop li jostakola ż-żamma jew l-iżvilupp tal-kompetizzjoni — Tnaqqis retroattiv

      (Artikolu 102 TFUE)

    4. Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Kuntratti għal provvista esklużiva — Tnaqqis għal fedeltà — Natura abbużiva ta’ din is-sistema ta’ tnaqqis — Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 102 TFUE)

    5. Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Tnaqqis retroattiv — Natura abbużiva — Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 102 TFUE)

    6. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Elementi ta’ evalwazzjoni — Żieda tal-livell ġenerali tal-multi — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet