EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0509

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-509/10

Josef Geistbeck u Thomas Geistbeck

vs

Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Proprjetà intellettwali u industrijali — Sistema ta’ protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Privileġġ tal-bidwi — Kunċett ta’ ‘kumpens raġonevoli’ — Ħlas għal dannu subit — Ksur”

Sommarju tas-sentenza

  1. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 – Iffissar ta’ kumpens raġonevoli dovut minn bidwi li jkun użu l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta mingħajr ma jkun issodisfa l-obbligi tiegħu – Bażi ta’ kalkolu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 14(3) u 94(1); RegolamentI tal-Kummissjoni Nru 1768/95, Artikolu 8, u Nru 2605/98)

  2. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 – Iffissar ta’ kumpens raġonevoli dovut minn bidwi li jkun uża l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta mingħajr ma jkun issodisfa l-obbligi tiegħu – Kalkolu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 94(1))

  1.  Sabiex jiġi ffissat “kumpens raġonevoli” dovut, skont l-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 2100/94, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, bidwi li jkun uża l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta miksuba permezz ta’ tiżrigħ mingħajr ma jkun issodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1768/95, li jimplementa regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94, kif emendat bir-Regolament Nru 2605/98, għandu jitqies bħala bażi ta’ kalkolu l-ammont tal-miżata dovuta għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetajiet prottetti tal-ispeċi tal-pjanti kkonċernati fl-istess reġjun.

    (ara l-punt 43 u d-dispożittiv)

  2.  Il-ħlas ta’ danni bħala kumpens għall-ispejjeż subiti fil-kontroll tar-rispett tad-drittijiet tad-detentur għal kisba ta’ varjetà tal-pjanti ma jistax jidħol fil-kalkolu ta’ “kumpens raġonevoli” previst fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità.

    (ara l-punt 51 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-509/10

Josef Geistbeck u Thomas Geistbeck

vs

Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Proprjetà intellettwali u industrijali — Sistema ta’ protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Privileġġ tal-bidwi — Kunċett ta’ ‘kumpens raġonevoli’ — Ħlas għal dannu subit — Ksur”

Sommarju tas-sentenza

  1. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 — Iffissar ta’ kumpens raġonevoli dovut minn bidwi li jkun użu l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta mingħajr ma jkun issodisfa l-obbligi tiegħu — Bażi ta’ kalkolu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 14(3) u 94(1); RegolamentI tal-Kummissjoni Nru 1768/95, Artikolu 8, u Nru 2605/98)

  2. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 — Iffissar ta’ kumpens raġonevoli dovut minn bidwi li jkun uża l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta mingħajr ma jkun issodisfa l-obbligi tiegħu — Kalkolu