EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0459

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Kategoriji ta’ għajnuna, iddefiniti permezz tar-regolamenti, li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern - Regolament Nru 68/2001 dwar l-għajnuna għat-taħriġ - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Eżami individwali tal-għajnuna għat-taħriġ li ma tibbenefikax mill-eżenzjoni ta’ notifika - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterju ta’ neċessità tal-għajnuna - Ammissibbiltà (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 68/2001, Artikolu 5) (ara l-punti 30, 31, 33)

2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna għat-tħaddim - Esklużjoni - Għajnuna għat-taħriġ - Kriterju ta’ neċessità tal-għajnuna - Effetti pożittivi għal oqsma jew setturi ekonomiċi speċifiċi - Assenza ta’ rilevanza (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punti 34-36, 61)

3. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern - Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti - Esklużjoni - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Assenza (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punti 38, 50)

4. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Għajnuna għat-taħriġ - Effett ta’ inċentiv tal-għajnuna fuq l-għażla tas-sit ta’ stabbiliment ta’ impriża - Assenza ta’ rilevanza (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punt 42)

5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi relatati mal-prassi jew mal-istrateġija kummerċjali tal-benefiċjarju - Ammissibbiltà (Artikoli 107(3) TFUE u 108(2) u (3) TFUE) (ara l-punti 48, 49)

6. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Kundizzjonijiet - Għajnuna għat-taħriġ - Kriterju ta’ neċessità tal-għajnuna - Teħid inkunsiderazzjoni tal-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi t-taħriġ tal-persunal - Ammissibbiltà (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punt 56)

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-8 ta’ Lulju 2010, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni (T‑396/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/878/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (ĠU L 312, p. 31) - Għajnuna għat-taħriġ - Deċiżjoni li tiddikjara parti mill-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Eżami żbaljat tan-neċessità tal-għajnuna - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti esterni pożittivi tal-għajnuna u tal-effetti tagħha ta’ inċentiv fuq l-għażla tas-sit.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Il-Freistaat Sachsen u l-Land Sachsen-Anhalt huma kkundannati għall-ispejjeż.

Top