EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0416

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-416/10

Jozef Križan et

vs

Slovenská inšpekcia životného prostredia,

fil-preżenza ta’: Ekologická skládka as

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)

“Artikolu 267 TFUE — Annullament ta’ deċiżjoni ġudizzjarja — Rinviju lill-qorti kkonċernata — Obbligu ta’ konformità mad-deċiżjoni ta’ annullament — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Possibbiltà — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 96/61/KE — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali — Kostruzzjoni ta’ landfill tal-iskart — Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni — Sigriet kummerċjali — Nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ dokument lill-pubbliku — Effett fuq il-validità tad-deċiżjoni għal awtorizzazzjoni ta’ landfill — Regolarizzazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett fuq l-ambjent — Avviż finali qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fl-Unjoni — Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 85/337 — Azzjoni ġudizzjarja — Miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Annullament tad-deċiżjoni kkontestata — Dritt għall-proprjetà — Ksur”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2013

  1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Domandi relatati mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża – Domandi ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma għandhomx effett dirett – Ċarezza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli – Assenza ta’ effett

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda magħmula ex officio mill-qorti nazzjonali – Ammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Obbligu ta’ rinviju – Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq rinviju tal-Qorti Kostituzzjonali – Obbligu li kawża tiġi deċiża skont il-pożizzjoni ġuridika espressa mill-Qorti Kostituzzjonali – Assenza ta’ effett

    (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

  4. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Obbligu ta’ rinviju – Possibbiltà ta’ azzjoni kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti tar-rinviju, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali – Rikors limitat għall-eżami ta’ ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti mill-Kostituzzjoni nazzjonali jew minn konvenzjoni internazzjonali – Assenza ta’ effett

    (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

  5. Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Direttiva 96/61 – Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali – Proċedura għal awtorizzazzjoni tal-istabbiliment ta’ installazzjoni – Obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti – Portata

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 6; Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15 u Anness V)

  6. Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Direttiva 96/61 – Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali – Obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti – Limiti – Motivi li jistgħu jiġġustifikaw rifjut ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ambjent – Stabbiliment ta’ installazzjoni li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva – Kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali jew industrijali – Portata

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2)(d), u Artikolu 4(4); Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15(4))

  7. Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Direttiva 96/61 – Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali – Obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti – Regolarizzazzjoni ta’ rifjut inġustifikat ta’ aċċess għal din l-informazzjoni – Kundizzjonijiet

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus , Artikolu 6; Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15 u Anness V)

  8. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni formali għal awtorizzazzjoni ta’ proġett ippreżentata qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva – Inapplikabbiltà tad-Direttiva

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337)

  9. Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Direttiva 96/61 – Dritt ta’ azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni – Possibbiltà li jintalab l-għoti ta’ miżuri provviżorji lill-qorti jew lill-korp nazzjonali kompetenti

    (Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikoli 4 u 15a)

  10. Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Direttiva 96/61 – Annullament mill-qorti nazzjonali ta’ deċiżjoni għal awtorizzazzjoni meħuda bi ksur tad-Direttiva – Ksur tad-dritt għall-proprjetà – Assenza

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 9(2) u (4); Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15a)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 53-56, 58-60)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 64-66)

  3.  L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux ikunu suġġetti għal azzjoni ġudizzjarja taħt il-liġi nazzjonali fis-sens tat-tielet paragrafu ta’ dan l-artikolu, għandha l-obbligu li tressaq ex officio quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari minkejja li hija tagħti deċiżjoni dwar rinviju wara l-kassazzjoni tal-ewwel domanda tagħha mill-qorti Kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u li regola nazzjonali timponi fuqha li taqta’ l-kawża billi ssegwi l-pożizzjoni ġuridika espressa minn din l-aħħar qorti.

    Fil-fatt, l-eżistenza ta’ regola tal-proċedura nazzjonali ma tistax tqajjem dubju dwar is-setgħa li għandhom il-qrati nazzjonali li jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari meta jkollhom dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Regola ta’ dritt nazzjonali, li tgħid li l-evalwazzjonijiet magħmula minn qorti superjuri jorbtu lil qorti nazzjonali oħra, ma tistax għalhekk iċċaħħad lil din tal-aħħar milli tkun tista’ tagħmel domandi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni kkonċernat permezz ta’ tali evalwazzjonijiet fid-dritt. Hija fil-fatt għandha tkun libera, jekk hija tqis li l-evalwazzjoni fid-dritt magħmula f’livell ogħla tista’ twassalha għal sentenza li tikser id-dritt tal-Unjoni, li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-kwistjonijiet li għandha dubji dwarhom.

    (ara l-punti 67, 68, 73 u d-dispożittiv 1)

  4.  Il-possibbiltà li jiġi ppreżentat, quddiem il-qorti Kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ qorti nazzjonali, limitat għall-eżami ta’ ksur eventwali tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti mill-Kostituzzjoni nazzjonali jew minn konvenzjoni internazzjonali, ma tistax tippermetti li jitqies li din il-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ tiġi kklassifikata bħala qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux ikunu suġġetti għal azzjoni ġudizzjarja taħt id-dritt intern fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. Għaldaqstant, din il-qorti għandha l-obbligu li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta hija tikkonstata li l-mertu tal-kawża jinkludi kwistjoni li għandha tiġi solvuta li taqa’ taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE.

    (ara l-punt 72)

  5.  Id-Direttiva 96/61, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata bir-Regolament Nru 166/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi li l-pubbliku kkonċernat ikollu aċċess għal deċiżjoni ta’ żvilupp urban meta hija tinkludi informazzjoni rilevanti fis-sens tal-Anness V tad-Direttiva, u dan mill-bidu tal-proċedura għal awtorizzazzjoni tal-installazzjoni kkonċernata.

    (ara l-punti 79, 91 u d-dispożittiv 2)

  6.  Id-Direttiva 96/61, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata bir-Regolament Nru 166/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tippermettix lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrifjutaw lill-pubbliku kkonċernat kull aċċess, anki parzjali, għal deċiżjoni, li permezz tagħha awtorità pubblika tawtorizza, fir-rigward tar-regoli ta’ żvilupp urban applikabbli, l-istabbiliment ta’ installazzjoni li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, billi jinvokaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali jew industrijali prevista mid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni sabiex jiġi protett interess ekonomiku leġittimu, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-importanza tal-pożizzjoni ta’ waħda jew oħra mill-attivitajiet imsemmija mid-Direttiva 96/61.

    Anki jekk jiġi aċċettat li ċerti elementi li jinsabu fir-raġunijiet ta’ deċiżjoni għal żvilupp urban jistgħu jinkludu informazzjoni kummerċjali jew industrijali kunfidenzjali, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ tali informazzjoni ma tistax tintuża, bi ksur tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2003/4, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali, sabiex lill-pubbliku kkonċernat jiġi mċaħhad kull aċċess, anki parzjali, għad-deċiżjoni ta’ żvilupp urban fuq l-istabbiliment tal-installazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    (ara l-punti 82, 83, 91 u d-dispożittiv 2)

  7.  Id-Direttiva 96/61/KE, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata bir-Regolament Nru 166/2006, interpretata fir-rigward tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus), ma tipprekludix li rifjut inġustifikat ta’ disponibbiltà lill-pubbliku kkonċernat ta’ deċiżjoni ta’ żvilupp urban, meta hija titqies li tinkludi informazzjoni rilevanti fis-sens tal-Anness V tad-Direttiva, matul il-proċedura amministrattiva tal-ewwel istanza jista’ jiġi rregolarizzat matul il-proċedura amministrattiva tat-tieni istanza bil-kundizzjoni, minn naħa, li d-dritt nazzjonali jippermetti r-regolarizzazzjoni tad-difetti proċedurali paragunabbli ta’ natura interna matul il-proċedura amministrattiva tat-tieni istanza u, min-naħa l-oħra, li l-għażliet u s-soluzzjonijiet kollha jkunu għadhom possibbli u li r-regolarizzazzjoni f’dan l-istadju tal-proċedura tippermetti wkoll lill-pubbliku kkonċernat li jeżerċita influwenza reali fuq il-konklużjoni tal-proċess deċiżjonali.

    (ara l-punti 79, 86-91 u d-dispożittiv 2)

  8.  Il-prinċipju li l-proġetti li jistgħu jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali ma huwiex applikabbli fil-każijiet fejn id-data ta’ introduzzjoni formali tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ proġett tkun qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.

    Fl-ipoteżi fejn il-proċedura nazzjonali tippermetti lill-persuna li tieħu inkarigu mix-xogħlijiet li tkun awtorizzata tibda x-xogħlijiet sabiex twettaq il-proġett tagħha tinkludi diversi stadji suċċessivi u fejn l-awtorizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 85/337 tiġi għalhekk ikkostitwita mill-kombinazzjoni ta’ diversi deċiżjonijiet distinti, id-data ta’ introduzzjoni formali tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-proġett għandha tiġi stabbilita fil-ġurnata meta l-persuna li tieħu l-inkarigu tkun ippreżentat applikazzjoni intiża li jinbeda l-ewwel stadju tal-proċedura.

    (ara l-punti 94, 103)

  9.  L-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-pubbliku kkonċernat għandhom ikunu jistgħu, fil-kuntest tar-rikors previst f’din id-dispożizzjoni, jitolbu lill-qorti jew lill-korp indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi kompetenti, li jordna miżuri provviżorji ta’ natura li jissospendu temporanjament l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva sakemm tingħata d-deċiżjoni definittiva għal intervent.

    (ara l-punt 110 u d-dispożittiv 3)

  10.  Id-deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, meħuda fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali li timplementa l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, u tal-Artikolu 9(2) u (4), Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus), li tannulla awtorizzazzjoni mogħtija bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma tistax, inkwantu tali, tikkostitiwxxi ksur inġustifikat tad-dritt għall-proprjetà tal-operatur stabbilit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    (ara l-punt 116 u d-dispożittiv 4)

Top

Kawża C-416/10

Jozef Križan et

vs

Slovenská inšpekcia životného prostredia,

fil-preżenza ta’: Ekologická skládka as

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)

“Artikolu 267 TFUE — Annullament ta’ deċiżjoni ġudizzjarja — Rinviju lill-qorti kkonċernata — Obbligu ta’ konformità mad-deċiżjoni ta’ annullament — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Possibbiltà — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 96/61/KE — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali — Kostruzzjoni ta’ landfill tal-iskart — Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni — Sigriet kummerċjali — Nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ dokument lill-pubbliku — Effett fuq il-validità tad-deċiżjoni għal awtorizzazzjoni ta’ landfill — Regolarizzazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett fuq l-ambjent — Avviż finali qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fl-Unjoni — Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 85/337 — Azzjoni ġudizzjarja — Miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Annullament tad-deċiżjoni kkontestata — Dritt għall-proprjetà — Ksur”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2013

  1. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Domandi relatati mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża — Domandi ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma għandhomx effett dirett — Ċarezza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli — Assenza ta’ effett

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda magħmula ex officio mill-qorti nazzjonali — Ammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Obbligu ta’ rinviju — Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq rinviju tal-Qorti Kostituzzjonali — Obbligu li kawża tiġi deċiża skont il-pożizzjoni ġuridika espressa mill-Qorti Kostituzzjonali — Assenza ta’ effett

    (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

  4. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Obbligu ta’ rinviju — Possibbiltà ta’ azzjoni kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti tar-rinviju, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali — Rikors limitat għall-eżami ta’ ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti mill-Kostituzzjoni nazzjonali jew minn konvenzjoni internazzjonali — Assenza ta’ effett

    (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE)

  5. Ambjent — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Direttiva 96/61 — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali — Proċedura għal awtorizzazzjoni tal-istabbiliment ta’ installazzjoni — Obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti — Portata

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 6; Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15 u Anness V)

  6. Ambjent — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Direttiva 96/61 — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali — Obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti — Limiti — Motivi li jistgħu jiġġustifikaw rifjut ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ambjent — Stabbiliment ta’ installazzjoni li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva — Kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali jew industrijali — Portata

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2)(d), u Artikolu 4(4); Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15(4))

  7. Ambjent — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Direttiva 96/61 — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali — Obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti — Regolarizzazzjoni ta’ rifjut inġustifikat ta’ aċċess għal din l-informazzjoni — Kundizzjonijiet

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus , Artikolu 6; Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikolu 15 u Anness V)

  8. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 — Applikazzjoni ratione temporis — Applikazzjoni formali għal awtorizzazzjoni ta’ proġett ippreżentata qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva — Inapplikabbiltà tad-Direttiva

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337)

  9. Ambjent — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Direttiva 96/61 — Dritt ta’ azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni — Possibbiltà li jintalab l-għoti ta’ miżuri provviżorji lill-qorti jew lill-korp nazzjonali kompetenti

    (Direttiva tal-Kunsill 96/61, Artikoli 4 u 15a)

  10. Ambjent — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Direttiva 96/61 — Annullament mill-qorti nazzjonali ta’ deċiżjoni għal awtorizzazzjoni meħuda bi ksur tad-Direttiva — Ksur tad-dritt għall-proprjetà — Assenza