Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0376

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-376/10 P

Pye Phyo Tay Za

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika tal-Unjoni tal-Mjanmar — Iffriżar ta’ fondi applikabbli lil persuni, entitajiet u organi — Bażi legali”

Sommarju tas-sentenza

Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Regolament li jġedded u jsaħħaħ miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ pajjiż terz — Miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-mexxejja ta’ dan il-pajjiż jew ikkontrollati minnhom

(Artikoli 60 KE u 301 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 194/2008; Pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill 2006/318 u 2007/750)

Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja pproċediet għal interpretazzjoni wiesgħa tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, sa fejn hija inkludiet fil-kunċett ta’ “pajjiżi terzi” li jinsab f’dawn l-artikoli, il-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi kif ukoll individwi u entitajiet li huma assoċjati ma’ dawn il-mexxejja jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom, xorta waħda jibqa’ l-fatt li tali interpretazzjoni ġiet issuġġettata għal kundizzjonijiet maħsuba sabiex jiżguraw applikazzjoni konformi tal-Artikoli 60 KE u 301 KE mal-għan li ġie assenjat lilhom. F’dan ir-rigward iż-żamma ta’ interpretazzjoni tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, li tgħid li jkun biżżejjed li l-miżuri restrittivi inkwistjoni jikkonċernaw persuni jew entitajiet li jinsabu f’pajjiż terz jew li huma assoċjati miegħu b’mod ieħor sabiex dawn jiġu kkunsidrati li ġew adottati fir-rigward ta’ dan il-pajjiż, fis-sens tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, tagħti portata eċċessivament wiesgħa lil dawn id-dispożizzjonijiet u ma tkun bl-ebda mod qed tieħu inkunsiderazzjoni tal-ħtieġa, li tirriżulta mill-kliem stess tagħhom, li l-miżuri deċiżi fuq il-bażi tal-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom jittieħdu kontra pajjiż terz.

Minn dan isegwi li, sabiex jiġu adottati miżuri restrittivi kontra pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, il-miżuri kontra l-persuni fiżiċi għandhom jikkonċernaw biss lill-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi u l-persuni li huma assoċjati ma’ dawn il-mexxejja. Din l-eżiġenza tiżgura l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-persuni kkonċernati u l-pajjiżi terzi li huma l-mira tal-miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni, billi tevita li l-Artikoli 60 KE u 301 KE jkunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni wiesgħa ħafna.

Billi huwa permess li wieħed jassumi li l-membri tal-familja tal-mexxejja tal-impriżi importanti ta’ pajjiż terz jibbenefikaw ukoll mill-politika ekonomika tal-gvern ta’ dan il-pajjiż, il-Qorti Ġenerali wessgħat il-kategorija ta’ persuni fiżiċi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ miżuri restrittivi mmirati. L-applikazzjoni ta’ tali miżuri lill-persuni fiżiċi biss minħabba r-rabta tagħhom bħala parti minn tal-familja ma’ persuni li huma assoċjati mal-mexxejja tal-pajjiż terz kkonċernat u indipendentement mill-aġir personali tagħhom ma jaqbilx mal-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikoli 60 KE u 301 KE. Barra minn hekk, meta ddeċidiet li l-miżuri restrittivi meħuda kontra pajjiż terz ma setgħux jikkonċernaw persuni assoċjati ma’ dan il-pajjiż “b’mod ieħor”, il-Qorti tal-Ġustizzja riedet tillimita l-kategoriji ta’ persuni fiżiċi li setgħu jiġu affettwati mill-miżuri restrittivi mmirati għal dawk li r-rabta ta’ konnessjoni tagħhom mal-pajjiż terz inkwistjoni huwa ovvju, jiġifieri l-mexxejja ta’ pajjiżi terzi u l-individwi li huma assoċjati ma’ dawn il-mexxejja.

Barra minn hekk, il-kriterju użat mill-Qorti Ġenerali għall-inklużjoni ta’ membri tal-familja tal-mexxejja ta’ impriżi huwa bbażat fuq preżunzjoni li la kienet prevista fir-Regolament Nru 194/2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar, u lanqas fil-Pożizzjonijiet Komuni 2006/318 u 2007/750, li għalihom dan jirreferi, u li ma jissodisfax l-għan ta’ dan ir-regolament. Konsegwentement, miżura ta’ ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lill-appellant setgħet biss tiġi adottata, fil-kuntest ta’ regolament intiż li jissanzjona pajjiż terz fuq il-bażi tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, fuq il-bażi ta’ elementi preċiżi u konkreti li jistabbilixxu li dan l-appellant jieħu vantaġġ mill-politika ekonomika tal-mexxejja tar-Repubblika tal-Unjoni tal-Mjanmar.

Minn dan jirriżulta li, billi ddeċidiet li huwa permess li wieħed jassumi li l-membri tal-familja tal-mexxejja tal-impriżi jibbenefikaw ukoll mill-funzjoni mwettqa minnhom b’tali mod li jieħdu vantaġġ mill-politika ekonomika tal-gvern, u li, konsegwentement, hemm rabta suffiċjenti, taħt l-Artikoli 60 KE u 301 KE, bejn l-appellant u r-reġim militari fil-Mjanmar, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

(ara l-punti 60-66, 68-71)

Top

Kawża C-376/10 P

Pye Phyo Tay Za

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika tal-Unjoni tal-Mjanmar — Iffriżar ta’ fondi applikabbli lil persuni, entitajiet u organi — Bażi legali”

Sommarju tas-sentenza

Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Regolament li jġedded u jsaħħaħ miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ pajjiż terz – Miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-mexxejja ta’ dan il-pajjiż jew ikkontrollati minnhom