EUR-Lex L'accesso al diritto dell'Unione europea

Torna alla homepage di EUR-Lex

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62010CJ0371

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva ta’ kumpannija taħt id-dritt nazzjonali lejn Stat Membru ieħor

(Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE)

2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva ta’ kumpannija taħt id-dritt nazzjonali lejn Stat Membru ieħor

(Artikolu 49 TFUE)

3. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva ta’ kumpannija taħt id-dritt nazzjonali lejn Stat Membru ieħor

(Artikolu 49 TFUE)

Summary

1. Kumpannija kkostitwita skont id-dritt ta’ Stat Membru, li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, mingħajr ma dan it-trasfirment jaffettwa l-istatus tagħha bħala kumpannija ta’ dan l-ewwel Stat Membru, tista’ tuża l-Artikolu 49 TFUE sabiex tqiegħed inkwistjoni l-legalità ta’ taxxa imposta fuqha mill-ewwel Stat Membru fl-okkażjoni tal-imsemmi trasferiment ta’ sede.

Għalhekk, Stat Membru jgawdi mill-fakultà li jiddefinixxi kemm l-element ta’ rabta mitlub minn kumpannija sabiex din tkun tista’ titqies bħala kkostitwita skont id-dritt nazzjonali tiegħu u li tista’, għalhekk, tibbenefika mid-dritt ta’ stabbiliment kif ukoll dak mitlub sabiex dan l-istatus sussegwentement jinżamm. Għalhekk, Stat Membru għandu l-possibbiltà li jimponi fuq kumpannija kkostitwita abbażi tal-ordinament ġuridiku tiegħu restrizzjonijiet meta din tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lil hinn mit-territorju tiegħu, u dan sabiex din tkun tista’ żżomm il-personalità ġuridika li tibbenefika minnha abbażi tad-dritt ta’ dan l-istess Stat. Madankollu, din il-fakultà bl-ebda mod ma timplika li r-regoli tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment ma japplikawx għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ifformar u tax-xoljiment tal-kumpanniji.

(ara l-punti 27, 30, 33 u d-dispożittiv 1)

2. Minkejja li, skont il-kliem tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-libertà ta’ stabbiliment huma intiżi li jiżguraw il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti, dawn jipprekludu xorta waħda li l-Istat ta’ oriġini jostakola l-istabbiliment fi Stat Membru ieħor ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew ta’ kumpannija kkostitwita skont il-leġiżlazzjoni tiegħu.

Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha t-trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva ta’ kumpannija taħt id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor twassal għall-intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi marbut mal-attivi ttrasferiti filwaqt li dan il-qligħ kapitali ma huwiex intaxxat meta din il-kumpannija tittrasferixxi s-sede tagħha fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni u huwa intaxxat biss meta dan il-qligħ effettivament iseħħ u sa fejn dan ikun seħħ, tistabbilixxi differenza fit-trattament f’dak li jirrigwarda l-intaxxar tal-qligħ kapitali u hija ta’ natura li tiskoraġġixxi kumpannija taħt id-dritt nazzjonali milli titrasferixxi s-sede tagħha lejn Stat Membru ieħor. Din id-differenza fit-trattament tikkostitwixxi restrizzjoni li hija bħala regola ġenerali pprojbita mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment.

Madankollu, it-trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva ta’ kumpannija ta’ Stat Membru lejn Stat Membru ieħor ma jfissirx li l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jirrinunċja għad-dritt tiegħu li jintaxxa l-qligħ kapitali ġġenerat fil-kuntest tal-kompetenza fiskali tiegħu qabel l-imsemmi trasferiment. Tali leġiżlazzjoni hija fil-fatt intiża li tipprevjeni sitwazzjonijiet ta’ natura li jikkompromettu d-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fuq it-territorju tiegħu u għalhekk tista’ tiġi ġġustifikata b’motivi marbuta mal-ħarsien tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istat Membri u hija idonea biex tiggarantixxi dan it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istat Membri kkonċernati.

(ara l-punti 35, 37, 41, 46, 48)

3. L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

– ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li abbażi tagħha l-ammont ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-elementi tal-patrimonju ta’ kumpannija huwa ffissat b’mod finali – mingħajr ma jiġu kkunsidrati la t-telf kapitali u lanqas il-qligħ kapitali li jistgħu jitwettqu sussegwentement – fil-mument li fih il-kumpannija, minħabba t-trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, tieqaf tagħmel qligħ taxxabbli fl-ewwel Stat Membru: f’dan ir-rigward, ma huwiex importanti li l-qligħ kapitali moħbi intaxxat huwa marbut mal-profitti valutarji li ma setgħux jiġu ddikjarati fl-Istat Membru ospitanti minħabba s-sistema fiskali fis-seħħ fl-imsemmi Stat Membru.

– jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li timponi l-irkupru immedjat tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-elementi ta’ patrimonju ta’ kumpannija li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, fil-mument tal-imsemmi trasferiment.

Fil-fatt, leġiżlazzjoni nazzjonali li toffri l-għażla lill-kumpannija li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor bejn, minn naħa, il-ħlas immedjat tal-ammont taxxabbli, li joħloq żvantaġġ fil-qasam finanzjarju għal din il-kumpannija iżda jevitalha l-ispejjeż amministrattivi sussegwenti, u, min-naħa l-oħra, il-posponiment tal-ħlas tal-ammont tal-imsemmija taxxa, flimkien, jekk ikun il-każ, mal-interessi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li neċessarjament huwa akkumpanjat bi spiża amministrattiva għall-kumpannija kkonċernata, marbuta mal-issorveljar tal-attivi ttrasferiti, tikkostitwixxi miżura li, għalkemm tiggarantixxi t-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, hija inqas ta’ theddida għal-libertà ta’ stabbiliment mill-irkupru immedjat tal-imsemmija tassazzjoni.

(ara l-punti 64, 73, 86 u d-dispożittiv 2)

In alto