This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0355
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-355/10
Il-Parlament Ewropew
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen — Deċiżjoni 2010/252/UE — Sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar — Introduzzjoni ta’ modalitajiet supplimentari li jikkonċernaw is-sorveljanza tal-fruntieri — Setgħat ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni — Portata — Talba għal annullament”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Settembru 2012
Rikors għal annullament – Rikors tal-Istati Membri, tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni – Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Rikors għal annullament – Dritt għal azzjoni legali tal-Parlament – Pożizzjoni meħuda mill-Parlament fl-adozzjoni tal-att ikkontestat – Assenza ta’ rilevanza
(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512, Artikolu 5a(4)(e))
Atti tal-istituzzjonijiet – Leġiżlazzjoni bażika u leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni – Leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni li la tista’ timmodifika u lanqas tikkompleta l-elementi essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika – Klassifikazzjoni tal-elementi essenzjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi u tal-partikolaritajiet tal-qasam ikkonċernat
(Artikolu 290 TFUE)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Deċiżjoni 2010/252 – Miżura ta’ implementazzjoni – Miżura li tinkludi dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-leġiżlatur – Annullament tal-imsemmija deċiżjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006 kif emendata bir-Regolament Nru 296/2008, Artikolu 12(5); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/252)
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni sas-sostituzzjoni ta’ din tal-aħħar f’terminu raġonevoli – Ġustifikazzjoni bbażata fuq motivi ta’ ċertezza legali
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 37)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 38-40)
Sa fejn l-adozzjoni tar-regoli essenzjali ta’ qasam tad-dritt Ewropew hija rriżervata għal-leġiżlatur tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom jiddaħħlu fil-leġiżlazzjoni bażika u ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ delega. B’hekk, ma jkunux is-suġġett ta’ delega bħal din, id-dispożizzjonijiet li l-adozzjoni tagħhom teħtieġ li jsiru għażliet politiċi li jaqgħu fir-responsabbiltajiet proprji tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Minn dan jirriżulta li l-miżuri ta’ implementazzjoni ma jistgħu la jbiddlu elementi essenzjali ta’ leġiżlazzjoni bażika u lanqas jikkompletaw lil din permezz ta’ elementi essenzjali ġodda.
Il-kwistjoni dwar x’inhuma l-elementi ta’ qasam li għandhom jiġu kklassifikati bħala essenzjali ma taqax biss taħt l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, iżda għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u d-dettalji tal-qasam ikkonċernat.
(ara l-punti 64-68)
Id-Deċiżjoni 2010/252, li tissupplimenta l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen rigward is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi annullata, minħabba l-punt 2.4 tal-Parti I tal-anness ta’ din, li tipprovdi l-miżuri li jistgħu jieħdu l-gwardji tal-fruntieri fir-rigward tal-bastimenti misjuba u tal-persuni abbord, li tippermetti, b’mod partikolari, it-twaqqif, l-imbarkar, it-tfittxija u l-konfiska tal-bastiment, it-twaqqif u l-arrest ta’ persuni li jinstabu abbord tal-bastiment kif ukoll it-teħid ta’ dan jew ta’ dawn il-persuni lejn Stat terz u, b’hekk, it-teħid ta’ miżuri ta’ implementazzjoni fir-rigward ta’ persuni u ta’ bastimenti li jistgħu jkunu suġġetti għas-sovranità tal-Istat tal-bandiera li huma jtajru.
Fil-fatt, peress li l-imsemmija deċiżjoni hija miżura ta’ implementazzjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 12(5) tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament Nru 296/2008, din ma tistax tikkontjeni regoli li jirrigwardaw l-għoti ta’ setgħat ta’ infurzar lill-gwardji tal-fruntieri, liema adozzjoni teħtieġ għażliet politiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet proprji tal-leġiżlatur tal-Unjoni, sa fejn din timplika li ssir evalwazzjoni tal-interessi diverġenti inkwistjoni fuq il-bażi ta’ numru ta’ evalwazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-għoti ta’ setgħat ta’ awtorità pubblika lill-gwardji tal-fruntieri jippermettu li ssir interferenza fid-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati ta’ portata li jkun neċessarju l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni.
(ara l-punti 74, 76, 77, u d-dispożittiv 1)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 88-90)
Kawża C-355/10
Il-Parlament Ewropew
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen — Deċiżjoni 2010/252/UE — Sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar — Introduzzjoni ta’ modalitajiet supplimentari li jikkonċernaw is-sorveljanza tal-fruntieri — Setgħat ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni — Portata — Talba għal annullament”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Settembru 2012
Rikors għal annullament — Rikors tal-Istati Membri, tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni — Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Rikors għal annullament — Dritt għal azzjoni legali tal-Parlament — Pożizzjoni meħuda mill-Parlament fl-adozzjoni tal-att ikkontestat — Assenza ta’ rilevanza
(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512, Artikolu 5a(4)(e))
Atti tal-istituzzjonijiet — Leġiżlazzjoni bażika u leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni — Leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni li la tista’ timmodifika u lanqas tikkompleta l-elementi essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika — Klassifikazzjoni tal-elementi essenzjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi u tal-partikolaritajiet tal-qasam ikkonċernat
(Artikolu 290 TFUE)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri — Deċiżjoni 2010/252 — Miżura ta’ implementazzjoni — Miżura li tinkludi dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-leġiżlatur — Annullament tal-imsemmija deċiżjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006 kif emendata bir-Regolament Nru 296/2008, Artikolu 12(5); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/252)
Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni sas-sostituzzjoni ta’ din tal-aħħar f’terminu raġonevoli — Ġustifikazzjoni bbażata fuq motivi ta’ ċertezza legali