EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0344

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark komposta minn aspett speċifiku tal-parti esterna tal-ippakkjar ta’ prodott likwidu

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b))

Summary

Il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ trade marks tridimensjonali komposti mid-dehra tal-prodott stess ma humiex differenti minn dawk applikabbli għall-kategoriji l-oħra ta’ trade marks.

Madankollu, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-perċezzjoni tal-konsumatur medju fil-każ ta’ trade mark tridimensjonali, komposta mid-dehra tal-prodott stess, ma hijiex neċessarjament l-istess bħalma hija fil-każ ta’ trade mark verbali jew figurattiva, li tikkonsisti f’sinjal indipendenti mid-dehra tal-prodotti li hija tirrappreżenta. Fil-fatt, il-konsumaturi medji, fl-assenza ta’ kull element grafiku jew ta’ kitba, ma għandhomx id-drawwa li jassumu l-oriġini tal-prodotti billi jibbażaw ruħhom fuq il-forma tagħhom jew fuq il-forma tal-ippakkjar tagħhom, u għalhekk jista’ jkun iktar diffiċili li jiġi stabbilit il-karattru distintiv ta’ tali trade mark tridimensjonali milli dak ta’ trade mark verbali jew figurattiva.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija biss trade mark li, b’mod sinjifikattiv, tmur lil hinn min-norma u mid-drawwiet tas-settur u, minħabba f’hekk, li tkun kapaċi tissodisfa l-funzjoni essenzjali tagħha ta’ oriġini, li ma tkunx nieqsa minn karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, dwar it trade mark Komunitarja.

Din il-ġurisprudenza, żviluppata fir-rigward tat-trade marks tridimensjonali li jikkonsistu fid-dehra tal-prodott stess jew mill-ippakkjar tal-prodotti, bħal-likwidi, li huma ppakkjati fil-kummerċ għal raġunijiet relatati man-natura tal-prodott stess, hija valida wkoll meta t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija trade mark “oħra” li tikkonsisti fl-aspett speċifiku tal-parti esterna tal-ippakkjar ta’ prodott likwidu. Fil-fatt, f’każijiet bħal dawn, it-trade mark lanqas ma tikkonsisti f’sinjal indipendenti mid-dehra tal-ippakkjar meħtieġ tal-prodotti li hija tirrappreżenta.

(ara l-punti 45-48)

Top