Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0281

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Kunflitt ma’ disinn preċedenti — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni ġenerali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Utent avżat — Kunċett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 6(1), 10(1) u 25(1)(d))

    2. Disinni Komunitarji — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Uffiċċju

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61)

    Summary

    1. Il-kunċett ta’ utent avżat għandu jinftiehem bħala kunċett intermedjarju bejn dak ta’ konsumatur medju, applikabbli fil-qasam tat-trade marks, fejn l-ebda għarfien speċifiku ma huwa mitlub mill-konsumatur u li ġeneralment ma joqgħodx jagħmel paragun dirett bejn it-trade marks kunfliġġenti, u dak ta’ bniedem tax-xogħol, espert li għandu kompetenzi tekniċi kbar. Għalhekk, il-kunċett ta’ utent avżat jista’ jinftiehem li jinkludi utent li għandu mhux attenzjoni medja iżda viġilanza partikolari, sewwa jekk din ġejja mill-esperjenza personali tiegħu jew mill-għarfien estiż tiegħu tas-settur ikkunsidrat.

    In-natura stess tal-utent avżat timplika li, meta dan ikun possibbli, huwa jwettaq paragun dirett tad-disinni inkwistjoni. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li tali tqabbil ma jsirx jew ma huwiex normali li jsir fis-settur ikkonċernat, b’mod partikolari minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi jew minħabba l-karatteristiċi tal-oġġetti li d-disinni jirrappreżentaw. Fin-nuqqas ta’ indikazzjoni preċiża f’dan ir-rigward fil-kuntest tar-Regolament Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jillimita l-evalwazzjoni tad-disinni eventwali għal tqabbil dirett.

    Fir-rigward tal-livell ta’ attenzjoni tal-utent avżat, minkejja li dan ma huwiex il-konsumatur medju li jkun informat b’mod normali u attent u avżat b’mod raġonevoli li normalment jara disinn fl-intier tiegħu u ma jwettaqx ezami tad-diversi dettalji tiegħu, huwa lanqas ma huwa l-espert jew il-bniedem tax-xogħol li kapaċi josserva fid-dettall id-differenzi minimi li jistgħu jeżistu bejn id-disinni kunfliġġenti. Barra minn hekk, il-kwalifika “informat [avżat]” tissuġġerixxi li, mingħajr ma jkun disinjatur jew espert tekniku, l-utent ikun jaf id-disinni differenti li jeżistu fis-settur ikkonċernat, għandu ċertu livell ta’ għarfien dwar l-elementi li dawn id-disinni normalment ikollhom u, minħabba l-interess tiegħu għall-prodotti kkonċernati, jagħti prova ta’ livell ta’ attenzjoni għoli meta jużahom.

    (ara l-punti 53, 55, 57, 59)

    2. Fil-kuntest ta’ rikors għal annullament kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni li tagħmel stħarriġ sħiħ tal-legalità tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju fuq l-elementi ppreżentati minn min għamel it-talba.

    F’dak li jikkonċerna l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali, din tista’ tagħti lill-Uffiċċju, b’mod partikolari meta dan tal-aħħar jiġi msejjaħ sabiex iwettaq evalwazzjonijiet tekniċi ħafna, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni u tillimita ruħha, f’dak li jikkonċerna l-portata tal-istħarriġ tagħha tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fil-qasam tad-disinni industrijali, għal eżami tal-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

    (ara l-punti 66, 67)

    Top