Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0196

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — “Malt beer base”, li għandu livell ta’ alkoħol ta’ 14 % u li jinkiseb minn birra ffermentata, ippurifikata, u wara suġġetta għal ultrafiltrazzjoni li permezz tagħha titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-ingredjenti karatteristiċi tal-birra

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I)

    Summary

    Ir-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament Nru 2587/91 għandu jiġi interpretat fis-sens li likwidu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali bl-isem ta’ “malt beer base”, li għandu livell ta’ alkoħol ta’ 14 % u li jinkiseb minn birra ffermentata, ippurifikata, u wara suġġetta għal ultrafiltrazzjoni li permezz tagħha titnaqqas il-konċentrazzjoni ta’ ingredjenti bħas-sustanzi morri u ta’ proteini, għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2208 tan-NM li tinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament kif emendat.

    Minn naħa, peress li l-“malt beer base” ma hijiex prodott finali intiż għall-konsum, iżda hija prodott intermedjarju użat għall-produzzjoni ta’ xarba mħallta, ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala xarba alkoħolika. Min-naħa l-oħra, il-“malt beer base” ma hijiex miksuba purament u sempliċement permezz tal-fermentazzjoni, iżda wara li ssir ultrapurifikazzjoni. Wara dan il-proċess supplimentari, il-prodott inkwistjoni, miksub minn birra ffermentata, jitlef il-proprjetajiet u l-karatteristiċi oġġettivi partikolari tal-birra li taqa’ taħt l-intestatura 2203 tan-Nomenklatura. Il-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-“malt beer base” min-naħa l-oħra jikkorrispondu għal dawk tal-alkoħol etiliku li jaqa’ taħt l-intestatura 2208 jew huma analogi għalihom.

    (ara l-punti 34, 37, 41 u d-dispożittiv)

    Top