This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0190
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-190/10
Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (Génesis)
vs
Boys Toys SA u Administración del Estado
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)
“Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u akkwist — Trade mark preċedenti — Modalitajiet tal-preżentata — Preżentata elettronika — Mezz li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, tas-siegħa u tal-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba”
Sommarju tas-sentenza
Trade mark Komunitarja — Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Data tal-preżentata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-jum kalendarju tal-preżentata tal-applikazzjoni, iżda mhux tas-siegħa u tal-minuta ta’ dan tal-aħħar
(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2003, Artikolu 27)
Trade mark Komunitarja — Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Data tal-preżentata — Applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja u għal trade mark nazzjonali ppreżentati fl-istess ġurnata
(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2003, Artikolu 27)
Il-kunċett ta’ “data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja” inkluż fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2003 jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni tal-jum tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, iżda mhux tas-siegħa u tal-minuta ta’ din tal-aħħar.
L-obbligu li tiġi indikata d-data jew il-jum, skont il-verżjoni lingwistika, ma jimplikax, skont is-sens komun, l-obbligu li tiġi indikata s-siegħa u a fortiori il-minuta. Għaldaqstant, fl-assenza ta’ riferiment espress fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 40/94 għas-siegħa u għall-minuta tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, jidher li dawk l-indikazzjonijiet ma ġewx ikkunsidrati, mil-leġiżlatur Komunitarju, bħala neċessarji sabiex jiġi ddeterminat il-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, u konsegwentement, il-preċedenza tagħha meta mqabbla ma’ trade mark oħra.
Tali interpretazzjoni tirriżulta wkoll mill-kuntest li jaqa’ taħtu l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 40/94. B’mod partikolari, ir-regola 5 tar-Regolament Nru 2868/95, li jimplementa r-Regolament Nru 40/94, li tippreċiża l-formalitajiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), mis-servizz ċentrali tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru jew mill-Uffiċċju tat-trade marks tal-Benelux, waqt il-preżentata ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, tistabbilixxi biss l-obbligu li tiġi indikata fuq l-applikazzjoni d-data ta’ meta tiġi riċevuta dik l-applikazzjoni u mhux is-siegħa u l-minuta ta’ dik id-data.
Issa, jekk il-leġiżlatur Komunitarju kien ikkunsidra li s-siegħa u l-minuta tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala elementi kostituttivi tad-“data tal-preżentata” ta’ dik l-applikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 40/94, tali preċiżazzjoni kellha tiġi inkluża fir-Regolament Nru 2868/95.
(ara l-punti 47-49, 54)
L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix it-teħid inkunsiderazzjoni, minbarra tal-jum tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-siegħa u tal-minuta tal-imsemmija preżentata bil-għan li tiġi ddeterminata l-preċedenza ta’ tali trade mark meta mqabbla ma’ trade mark nazzjonali ppreżentata fl-istess jum, anki meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola r-reġistrazzjoni ta’ din l-aħħar trade mark, is-siegħa u l-minuta tal-preżentata huma elementi rilevanti.
Bħala sistema awtonoma, is-sistema tat-trade marks Komunitarji għandha r-regoli tagħha relatati mad-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, mingħajr ebda riferiment għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali.
Konsegwentement, id-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tista’ tiġi ddeterminata biss skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li s-soluzzjonijiet ipprovduti mid-dritt tal-Istati Membri ma jistgħux ikollhom effett f’dak ir-rigward.
Fil-fatt, minn qari flimkien tal-Artikoli 14 u 97 tar-Regolament Nru 40/94, jirriżulta li l-applikabbiltà tad-dritt nazzjonali hija limitata għal kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.
(ara l-punti 56-58, 63 u d-dispożittiv)
Kawża C-190/10
Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (Génesis)
vs
Boys Toys SA u Administración del Estado
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)
“Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u akkwist — Trade mark preċedenti — Modalitajiet tal-preżentata — Preżentata elettronika — Mezz li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża tad-data, tas-siegħa u tal-minuta tal-preżentazzjoni tat-talba”
Sommarju tas-sentenza
Trade mark Komunitarja – Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja – Data tal-preżentata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-jum kalendarju tal-preżentata tal-applikazzjoni, iżda mhux tas-siegħa u tal-minuta ta’ dan tal-aħħar
(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2003, Artikolu 27)
Trade mark Komunitarja – Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja – Data tal-preżentata – Applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja u għal trade mark nazzjonali ppreżentati fl-istess ġurnata