Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0128

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Trasport — Trasport marittimu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Kabotaġġ marittimu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta s-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel

    (Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikoli 1 u 4)

    Summary

    Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu li tipprovdi għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jimponu l-osservanza ta’ ċerti skedi tal-ħinijiet għal raġunijiet marbuta, minn naħa, mas-sigurtà tal-vapuri u mal-ordni fil-portijiet u, min-naħa l-oħra, mal-obbligi ta’ servizz pubbliku, sakemm tali sistema tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u magħrufa bil-quddiem, b’mod partikolari fl-eventwalità fejn numru ta’ proprjetarji jixtiequ jidħlu fl-istess port fl-istess ħin. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi li jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku, huwa wkoll neċessarju li jintwera bżonn reali ta’ servizz pubbliku minħabba l-insuffiċjenza ta’ servizz regolari ta’ trasport f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti.

    (ara l-punt 63 u d-dispożittiv)

    Top