EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0116

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva — Eżenzjoni tal-kiri ta’ vapuri użati għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 15, punt 5)

Summary

L-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva 77/388, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 91/680, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal servizzi li jikkonsistu fit-tqegħid ta’ vapur, bi ħlas, flimkien ma’ ekwipaġġ, għad-dispożizzjoni ta’ individwi għall-finijiet ta’ vjaġġi ta’ divertiment f’ibħra miftuħa.

Fil-fatt, dan l-artikolu jirrigwarda l-kiri ta’ vapuri użati għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u li jġorru passiġġieri bi ħlas jew li joperaw attività kummerċjali, industrijali jew tas-sajd. Sabiex din l-operazzjoni ta’ kiri tkun eżenti taħt din id-dispożizzjoni jeħtieġ li l-kerrej ta’ tali vapur jużah biex jopera attività ekonomika. Minn dan isegwi li, jekk il-vapur jinkera lil persuni li jużawh esklużivament għad-divertiment u mhux għall-profitt, mingħajr ebda attività ekonomika, il-kiri ma jissodisfax il-kundizzjonijiet espliċiti għall-eżenzjoni mill-VAT previsti fil-punt 5 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva.

(ara l-punti 13, 14, 21 u d-dispożittiv)

Top