Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0092

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Subject of the case
    Parti operattiva

    Keywords

    Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 27)

    2. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 39)

    Subject of the case

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2009, Media-Saturn vs UASI (BEST BUY) (T-476/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “BEST BUY” bħala trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5 sa 12, 14 sa 17, 20 sa 22, 27, 28, 35, 37, 38 u 40 sa 42 - Karattru distintiv ta’ trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv.

    Parti operattiva

    Dispożittiv

    1) L-appell huwa miċħud.

    2) Media-Saturn-Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top