EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0007

Sommarju tas-sentenza

Kawżi magħquda C-7/10 u C-9/10

Staatssecretaris van Justitie

vs

Tayfun Kahveci u Osman Inan

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi))

“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Dritt ta’ residenza — Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat — Żamma taċ-ċittadinanza Torka — Data tan-naturalizzazzjoni”

Sommarju tas-sentenza

Ftehim internazzjonali — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 — Riunifikazzjoni tal-familja

(Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, Artikoli 7 u 14(1))

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tax-xogħol ta’ Stat Membru jistgħu jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni meta dan il-ħaddiem ikun kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka.

Fil-fatt, kemm mis-supremazija tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-effett dirett ta’ dispożizzjoni bħalma huwa l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-Istati Membri ma humiex awtorizzati jemendaw unilateralment il-portata tas-sistema ta’ integrazzjoni gradwali taċ-ċittadini Torok fl-Istat Membru ospitanti u li għalhekk huma ma għandhomx iktar il-fakultà li jadottaw miżuri ta’ natura li jippreġudikaw l-istatus legali espressament rikonoxxut lil dawn iċ-ċittadini mid-dritt li jirriżulta mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 14(1) tal-istess deċiżjoni jipprovdi l-kuntest ġuridiku xieraq li jippermetti li jiġi evalwat sa fejn ċittadin Tork li ngħata kundanni kriminali jista’ jiġi mċaħħad, permezz ta’ tkeċċija mill-Istat Membru ospitanti, mid-drittijiet li huwa kiseb direttament minn din id-deċiżjoni.

F’dan ir-rigward, hija responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati li jipproċedu każ b’każ fl-evalwazzjoni tal-imġiba personali tal-awtur tal-ksur kif ukoll tal-karattru attwali, reali u suffiċjentement gravi tal-perikolu li huwa jirrappreżenta għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika u dawn l-awtoritajiet huma barra minn hekk marbuta jiżguraw l-osservanza kemm tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll tad-drittijiet fundamentali tal-parti kkonċernata. B’mod iktar partikolari, miżura ta’ tkeċċija bbażata fuq l-imsemmi Artikolu 14(1), tista’ tittieħed biss jekk l-imġiba individwali tal-persuna kkonċernata tindika riskju reali ta’ ksur ġdid u serju tal-ordni pubbliku.

(ara l-punti 37, 39-41 u d-dispożittiv)

Top

Kawżi magħquda C-7/10 u C-9/10

Staatssecretaris van Justitie

vs

Tayfun Kahveci u Osman Inan

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi))

“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Dritt ta’ residenza — Membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork naturalizzat — Żamma taċ-ċittadinanza Torka — Data tan-naturalizzazzjoni”

Sommarju tas-sentenza

Ftehim internazzjonali – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Deċiżjoni Nru 1/80 – Riunifikazzjoni tal-familja