Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TO0396

    Sommarju tad-digriet

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-396/09 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-arja — Deroga mogħtija lil Stat Membru — Rifjut ta’ eżami mill-ġdid mill-Kummissjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà”

    1. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni — Deċiżjoni amministrattiva negattiva — Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent — Esklużjoni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 34, 35)

    2. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rabta tal-miżura mitluba mat-talbiet fil-kawża prinċipali — Natura provviżorja u mhux definittiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36-39)

    3. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Miżuri inkompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet — Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tapplika b’mod partikolari sentenza eventwali ta’ annullament deċiża fir-rigward tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà (Artikoli 266 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 41, 42)

    Suġġett

    Talba, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, li tiddikkjara inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża għal eżami mill-ġdid mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tagħha C (2009) 2560 finali, tas-7 ta’ April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi tiegħu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u, min-naħa l-oħra, għal miżuri provviżorji li jġiegħlu lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi josserva l-obbligi tiegħu mill-iktar fis.

    Dispożittiv

    1) 

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2) 

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top