This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TJ0191
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Keywords
Subject of the case
Parti operattiva
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Kundizzjonijiet għan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 62(1) u 220(2)(b)) (ara l-punti 42-44, 53-61, 72, 73)
2. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Nuqqas ta’ pubblikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ avviż lill-importaturi fil-każ ta’ dubji dwar l-oriġini ta’ merkanzija li tista’ tkun suġġetta għal dazji antidumping (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92) (ara l-punti 79-81)
3. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Klawżola ta’ ekwità stabbilita bl-Artikoli 239 tal-Kodiċi Dogonali tal-Komunità u 905 tar-Regolament ta’ applikazzjoni tiegħu Nru 2454/93 - Sitwazzjoni partikolari - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905) (ara l-punti 91, 92, 95-99)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 747 finali, tat-12 ta’ Frar 2009, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien ġustifikat u li r-remissjoni ta’ dawn id-dazji ma kinitx ġustifikata (fajl REC 01/08).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Hit Trading BV u Berkman Forwarding BV huma kkundannati għall-ispejjeż.