EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0122

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Drittijiet tad-difiża - Rispett fil-kuntest tal- proċeduri amministrattivi - Antidumping - Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati - Portata - Modalitajiet ta’ komunikazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ xahar bejn il-komunikazzjoni tal-informazzjoni finali lill-impriżi kkonċernati u d-deċiżjoni definittiva jew il-proposta tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni - Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 20(4)) (ara l-punti 26, 27, 29)

2. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Investigazzjoni - Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati - Portata - Nuqqas, fid-dokument ta’ informazzjoni finali, ta’ spjegazzjonijiet preċiżi dwar il-metodu ta’ kalkolu tal-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja - Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 20) (ara l-punti 37, 38, 40-42)

3. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Dannu - Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet li joħolqu dannu lill-industrija Komunitarja - Effett fuq il-prezz tal-materja prima (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 3(5) sa (7) (ara l-punti 52-62)

4. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Dannu – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Limiti - Obbligu ta’ eżami diliġenti u imparzjali tal-fatti rilevanti kollha - Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati - Nuqqas ta’ komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-elementi li jiġġustifikaw in-natura ekwa tal-paragun bejn il-prezzijiet għall-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja - Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 3(2) u (3), u Artikolu 20) (ara l-punti 75-80, 84-86, 90, 91)

5. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża - Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 92)

6. Rikors għal annullament - Motivi - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Ksur minn istituzzjoni tar-regoli interni tagħha (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 102-110)

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Zhejiang Xinshiji Foods Co. Ltd u Hubei Xinshiji Foods Co. Ltd.

2) Zhejiang Xinshiji Foods u Hubei Xinshiji Foods għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.

3) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Zhejiang Xinshiji Foods u Hubei Xinshiji Foods.

4) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top