EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0089

Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni

Kawża T‑89/09

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Miżuri tal-Istat li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ impriża tal-qtugħ tal-injam fil-Land Hessen — Rikors għal annullament — Ittra indirizzata lil-lanjanti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Kalkolu tal-element tal-għajnuna ta’ garanziji tal-Istat — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji — Impriża li tinsab f’diffikultà — Bejgħ ta’ art pubblika — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2015

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Sistema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni – Notifika tal-miżuri individwali ta’ implementazzjoni – Obbligu – Assenza

    (Artikoli 87(1)KE u 88(2) u (3)KE)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Sistema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni – Għajnuna individwali ppreżentata bħala li tidħol fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni – Eżami mill-Kummissjoni – Evalwazzjoni primarjament fir-rigward tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni u sussidjarjament fir-rigward tat-trattat

    (Artikoli 87(1)KE u 88(2) u (3)KE)

  3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Sistema legali applikabbli ratione temporis – Stabbiliment permezz tan-natura ta’ miżura bħala għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida – Notifika li ma għandhiex effett li toħloq dritt

    (Artikolu 88(3) KE)

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura legali – Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi – Verifika intiera – Diffikultajiet serji – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Verifika li tmur lil hinn mir-riċerka tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni

    (Artikoli 87(1) KE u 88(3) KE)

  5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Linji gwida adottati fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Natura ġuridika – Regoli ta’ kondotta indikattivi li jimplikaw restrizzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni minnha stess – Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

    (Artikoli 87(1) KE u 88(3) KE)

  6. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Għajnuna ta’ importanza sekondarja – Għajnuna taħt forma ta’ garanziji – Kalkolu tal-element ta’ għajnuna ta’ garanzija tal-Istat – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Applikabbiltà tal-avviż dwar il-garanziji – Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan l-avviż li kien wassal għall-assenza tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Inammissibbiltà

    (Artikoli 87 KE u 88 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 69/2001, Artikolu 2(1) sa (3); Avviż tal-Kummissjoni 2000/C 71/14, punti 1.4, 3.2, 3.5 u 4.5)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 65)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 66, 67)

  3.  Ma hijiex in-notifika ta’ miżura li tistabbilixxi s-sistema legali applikabbli, ratione temporis, għal din il-miżura, iżda n-natura tal-miżura bħala għajnuna eżistenti, mhux suġġetta bħala prinċipju għall-obbligu ta’ notifika, jew bħala għajnuna ġdida, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika u għall-projbizzjoni ta’ implementazzjoni skont l-Artikolu 88(3) KE. In-notifika tikkostitwixxi biss strument proċedurali intiż li jippermetti lill-Kummissjoni li tivverifika l-miżura inkwistjoni u ma għandhiex l-effett li toħloq dritt.

    (ara l-punt 70)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 150)

  5.  Peress li adottat ir-regoli ta’ kondotta u peress li stqarret permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom li hija kienet ser tapplikahom minn hemm ’il quddiem għall-każijiet li jikkonċernawhom, il-Kummissjoni għamlet restrizzjoni fuqha nnifisha fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u ma tistax tmur kontra dawn ir-regoli mingħajr ma ssib ruħha li qed twettaq ksur, skont il-każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħal dawk tal-ugwaljanza fit-trattament jew tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sakemm ma tagħtix raġunijiet li jiġġustifikaw, fid-dawl ta’ dawn l-istess prinċipji, il-fatt li hija qed titbiegħed mir-regoli tagħha stess. Fil-qasam speċifiku tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tista’ toħloq linji gwida għall-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali tagħha u li, sa fejn dawn jimxu mar-regoli tat-Trattat, ir-regoli indikattivi li huma inklużi fihom huma imposti fuq l-istituzzjoni.

    (ara l-punti 151, 152)

  6.  Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, fid-dawl tal-fatt li l-garanziji tal-Istat jirrappreżentaw tip ta’ għajnuna mogħtija taħt forma differenti minn sussidju, u skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 69/2001, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis, l-element ta’ għajnuna li jinkludi dawn il-garanziji għandu jiġi kkalkolat. Huwa l-ammont ta’ dan l-element ta’ għajnuna li ser jistabbilixxi jekk dawn il-garanziji jaqgħux jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola de minimis applikabbli fil-mument tal-għoti tagħhom.

    Il-Kummissjoni madankollu speċifikat il-prassi tagħha dwar il-kalkolu tal-element tal-għajnuna ta’ garanziji fl-Avviż tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea għal għajnuna mill-Istat f’forma ta’ garanziji (Avviż tal-2000 dwar il-garanziji).

    L-Avviż tal-2000 dwar il-garanziji kien jagħmel parti mill-qafas legali li fid-dawl tiegħu l-Kummissjoni kellha tevalwa l-garanziji kkontestati u, b’mod partikolari, l-użu mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa b’rata fissa ta’ 0.5 % tal-ammont iggarantit sabiex jiġi stabbilit l-element tal-imsemmija għajnuna ta’ garanziji kkontestati. In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni ma jistax ikun iġġustifikat minħabba l-fatt li l-għajnuna inkwistjoni ma tmurx lil hinn mil-limitu de minimis. Fil-fatt, il-konklużjoni li tgħid li l-garanziji kkontestati jaqgħu taħt l-iskema de minimis, tippreżumi, minn qabel, l-eżami tal-legalità tal-użu f’dan il-każ tat-taxxa b’rata fissa sabiex jiġi deċiż li l-element tal-għajnuna tal-imsemmija garanziji jaqa’ taħt il-limitu massimu de minimis.

    Minn dan isegwi li l-assenza ta’ eżami mill-Kummissjoni dwar il-legalità tal-użu tat-taxxa tal-ammont iggarantit sabiex jiġi stabbilit l-element tal-għajnuna ta’ garanziji kkontestati fid-dawl tal-Avviż tal-2000 dwar il-garanziji tikkostitwixxi indikazzjoni dwar l-eżistenza tad-diffikultajiet serji rigward il-kwistjoni jekk il-garanziji kkontestati setgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna de minimis. L-eżistenza ta’ tali diffikultajiet kellha twassal lill-Kummissjoni għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    (ara l-punti 157, 158, 167-169, 186)

Top