EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0081

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjament mill-Unjoni - Setgħat ta’ kontroll u ta’ verifika fuq il-post tal-Kummissjoni - Possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tqabbad entitajiet privati sabiex iwettqu dan il-kontroll - Limiti (Regolamenti tal-Kunsill Nru 4253/88 u Nru 1605/2002, Artikoli 54 u 57; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2064/97, Artikolu 12) (ara l-punti 25, 26, 31)

2. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna ħlas lura parzjali ta’ għajnuna finanzjarja - Riferiment għal rapport ta’ verifika mibgħut lill-benefiċjarju - Ammissibbiltà (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 41, 42)

3. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjament mill-Unjoni - Verifika fid-dettall mill-awtoritajiet nazzjonali tal-osservanza tal-obbligi finanzjarji tal-benefiċjarji ta’ għajnuna - Dikjarazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq stabbilita minn dipartiment indipendenti mid-dipartiment eżekuttiv - Dikjarazzjoni li tikkostitwixxi prova ċentrali u affidabbli - Obbligu tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjoni ġdida - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikoli 23 u 24(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2064/97, Artikolu 8) (ara l-punti 58, 59)

4. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjament mill-Unjoni - Ħlas ta’ għajnuna finanzjarja - Kundizzjoni - Osservanza tal-obbligi tal-benefiċjarju ta’ għajnuna - Obbligu tal-Kummissjoni li twettaq reviżjoni tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni fil-każ li ma tiġix osservata parti mill-obbligi tal-benefiċjarju - Portata u limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikoli 23 u 24; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2064/97) (ara l-punti 63, 64, 68, 96)

5. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Kundizzjonijiet u modalitajiet għall-għoti ta’ kuntratti - Emenda mill-awtorità kontraenti matul il-proċedura - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u tal-obbligu ta’ trasparenza (ara l-punti 104-108)

6. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali – Finanzjament mill-Unjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet – Determinazzjoni tar-rata tal-korrezzjoni finanzjarja - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Limiti - Stħarriġ ġudizzjarju (ara l-punt 142)

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Greċja, li tammonta għal EUR 30 104 470.47, favur il-Programm operattiv “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali”, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 3579, tas-16 ta’ Diċembru 1994, li tapprova l-għajnuna tal-FEŻR.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, rigward it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Greċja hija annullata sa fejn tipprevedi, minn naħa, korrezzjoni tal-ammont ta’ EUR 506 303 fir-rigward tal-proġett “Isthmos – Galota” u, minn naħa l-oħra, korrezzjoni tal-ammont ta’ EUR 684 343 fir-rigward tal-proġett “Carrefour de Polymylos (kuntratt 928)”.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u 80 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4) Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha stess.

Top