Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CO0487

    Sommarju tad-digriet

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Taxxa kapitali fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju

    (Direttiva tal-Kunsill 69/335, Artikoli 11(a) u 12(1)(a))

    Summary

    Id-Direttiva 69/335/KEE, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, u b’mod partikolari l-Artikoli 11(a) u 12(1)(a) tagħha, ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex twaqqaf l-evażjoni fiskali fil-kuntest tat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli permezz ta’ kumpanniji, tissuġġetta t-trasferimenti ta’ titoli għat-taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali meta dawn it-trasferimenti ta’ titoli jirrappreżentaw partijiet mill-kapital azzjonarju ta’ kumpanniji li l-attiv tagħhom ikun ikkostitwit minn tal-inqas 50 % minn proprjetà immobbli u fejn ix-xerrej jikseb wara tali trasferiment pożizzjoni li tippermettilu li jeżerċita l-kontroll tal-entità inkwistjoni, anki f’sitwazzjonijiet fejn, minn naħa, ma jkunx hemm l-intenzjoni li tiġi evitata t taxxa u fejn, min-naħa l-oħra, dawn il-kumpanniji jkunu għal kollox operattivi u l-proprjetajiet immobbli ma jistgħux jiġu sseparati mill-attività ekonomika eżerċitata minn dawn il-kumpanniji.

    (ara l-punt 21 u d-dispożittiv)

    Top