Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0529

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-529/09

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju ta’ Spanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu ta’ rkupru — Nuqqas ta’ implementazzjoni — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013

  1. Proċedura – Awtorità ta’ res judicata – Portata – Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu dwar għajnuna mill-Istat

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u Artikolu 258 TFUE)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Obbligu – Dmir ta’ implementazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

    (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3))

  3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat – Obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija – Terminu ta’ referenza – Terminu ffissat fid-deċiżjoni li ma ġietx implementata jew sussegwentement mill-Kummissjoni

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u Artikolu 288 TFUE)

  4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna illegali – Motivi ta’ difiża – Impossibbiltà assoluta ta’ implementazzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Diffikultajiet ta’ implementazzjoni – Obbligu għall-Istat Membru li jieħu passi konkreti fil-konfront tal-impriżi inkwistjoni u li jipproponi lill-Kummissjoni soluzzjonijiet alternattivi sabiex jintgħelbu dawn id-diffikultajiet

    (Artikolu 108(2) TFUE)

  5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Impriża benefiċjarja ta’ għajnuna li tinsab fi stat ta’ falliment – Stabbiliment ta’ impriża ġdida sabiex tkompli bl-attivitajiet tagħha – Rimbors li għandu jsir mill-impriża l-ġdida – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 108(2) TFUE)

  1.  Il-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata, li huwa applikabbli wkoll għall-proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu, jimplika li l-awtorita ta’ res judicata ta’ sentenza tista’ tostakola l-ammissibbiltà ta’ rikors jekk, fid-dawl tal-kuntest fattwali u ġuridiku taż-żewġ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonċernati, teżisti essenzjalment identiċità ta’ fatt u ta’ dritt bejn dawn iż-żewġ kawżi.

    Għal dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-possibbiltà ta’ rikors mogħtija mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE tikkostitwixxi biss varjant tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, adattata b’mod speċifiku għall-problemi partikolari li tippreżenta l-għajnuna mill-Istat għall-kompetizzjoni fis-suq intern. Fil-kuntest tal-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 258 TFUE, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ kif kienet is-sitwazzjoni tal-Istat Membru fi tmiem it-terminu ffissat fl-opinjoni motivata u l-bidliet li jseħħu sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni. Id-data rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE hija bħala regola ġenerali dik li kienet stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li n-nuqqas ta’ implementazzjoni tagħha jkun qiegħed jiġi kkontestat. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma tipprovdix fażi prekontenzjuża, kuntrarjament għall-Artikolu 258 TFUE, u għaldaqstant, il-Kummissjoni ma toħroġx opinjoni motivata li timponi terminu lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jikkonforma ruħu mad-dritt tal-Unjoni.

    F’sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni kienet iffissat terminu sabiex l-Istat Membru jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu li joħorġu minn deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat u fejn, wara l-ewwel rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet twal li kienu saru bejn il-partijiet dwar l-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni, hija tiffissa terminu ġdid, huwa dan l-aħħar terminu li huwa rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fit-tieni kawża.

    Konsegwentement, ma jistax jiġi validament sostnut li t-tieni kawża u dik li wasslet għal sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom l-istess suġġett, meta d-data rilevanti fit-tieni kawża hija ħafna iktar sussegwenti għal dik ta’ meta ngħatat is-sentenza preċedenti.

    (ara l-punti 64, 65, 67-71, 74-78)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 90-92)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 95)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 99-101)

  5.  Fl-ipoteżi fejn impriża li tkun ibbenefikat minn għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni ġiet iddikjarata fi stat ta’ falliment, l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni ta’ qabel u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna mogħtija illegalment jistgħu, bħala prinċipju, jinkisbu billi l-kreditu relatat mal-ħlas lura ta’ tali għajnuna jiġi inkluż fl-iskeda tal-krediti. Madankollu, tali inklużjoni tippermetti li jiġi ssodisfatt l-obbligu tal-irkupru biss jekk, fil-każ li l-awtoritajiet tal-Istat ma jkunux jistgħu jirkupraw it-totalità tal-għajnuna, il-proċedura ta’ falliment twassal għall-istralċ tal-impriża li tkun ibbenefikat mill-għajnuna illegali, jiġifieri għall-waqfien definittiv tal-attività tagħha.

    Għaldaqstant, meta l-impriża li tkun ibbenefikat mill-għajnuna illegali tkun tinsab fi stat ta’ falliment u meta tkun inħolqot kumpannija ġdida sabiex tkompli bl-attivitajiet ta’ din l-impriża fi stat ta’ falliment, it-tkomplija ta’ din l-attività, mingħajr ma tkun ġiet irkuprata kompletament l-għajnuna inkwistjoni, tista’ ttawwal id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv li bbenefikat minnu din l-impriża fis-suq meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. F’dan il-każ, tali kumpannija ġdida tista’, jekk tibqa’ tibbenefika minn dan il-vantaġġ, tkun obbligata tirrimborsa l-għajnuna inkwistjoni. Dan ikun b’mod partikolari l-każ meta jiġi stabbilit li din il-kumpannija tkun għadha effettivament tibbenefika mill-vantaġġ kompetittiv marbut mal-benefiċċju tal-imsemmija għajnuna, b’mod partikolari, meta hija tipproċedi għall-akkwist tal-attivi tal-impriża fi stralċ mingħajr ma tħallas bħala korrispettiv prezz skont il-kundizzjonijiet tas-suq jew meta l-ħolqien ta’ tali kumpannija kellu l-effett li jiġi evitat l-obbligu li titħallas lura l-imsemmija għajnuna. Dan japplika, b’mod partikolari, fil-każ fejn il-ħlas ta’ prezz skont il-kundizzjonijiet tas-suq ma jkunx biżżejjed sabiex jinnewtralizza l-vantaġġ kompetittiv li jikkorrispondi għall-ġbir tal-għajnuna illegali.

    (ara l-punti 103, 104, 107, 109)

Top

Kawża C-529/09

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju ta’ Spanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu ta’ rkupru — Nuqqas ta’ implementazzjoni — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013

  1. Proċedura — Awtorità ta’ res judicata — Portata — Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu dwar għajnuna mill-Istat

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u Artikolu 258 TFUE)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Obbligu — Dmir ta’ implementazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

    (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3))

  3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat — Obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija — Terminu ta’ referenza — Terminu ffissat fid-deċiżjoni li ma ġietx implementata jew sussegwentement mill-Kummissjoni

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u Artikolu 288 TFUE)

  4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna illegali — Motivi ta’ difiża — Impossibbiltà assoluta ta’ implementazzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Diffikultajiet ta’ implementazzjoni — Obbligu għall-Istat Membru li jieħu passi konkreti fil-konfront tal-impriżi inkwistjoni u li jipproponi lill-Kummissjoni soluzzjonijiet alternattivi sabiex jintgħelbu dawn id-diffikultajiet

    (Artikolu 108(2) TFUE)

  5. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Impriża benefiċjarja ta’ għajnuna li tinsab fi stat ta’ falliment — Stabbiliment ta’ impriża ġdida sabiex tkompli bl-attivitajiet tagħha — Rimbors li għandu jsir mill-impriża l-ġdida — Kundizzjonijiet