This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CJ0522
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Proċedura prekontenzjuża — Skop
(Artikolu 258 TFUE)
Fil-kuntest tar-rikors għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-proċedura prekontenzjuża għandha l-għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippreżenta b’mod effettiv id-difiża tiegħu kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni. Fil-fatt, il-possibbiltà għall-Istat Membru kkonċernat li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu tikkostitwixxi, anki jekk iqis li ma għandux bżonn jagħmel użu minnha, garanzija essenzjali mitluba mit-Trattat FUE u l-osservanza tagħha hija forma sostanzjali tar-regolarità tal-proċedura li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ta’ Stat Membru.
(ara l-punti 15, 16)