Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0503

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà — Inklużjoni bħala benefiċċju tal-invalidità u mhux bħala benefiċċju tal-mard

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikolu 4(1)(b))

    2. Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Benefiċċji — Klawżoli ta’ residenza — Rinunzja — Kundizzjoni ta’ residenza għall-għoti ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1))

    3. Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Vantaġġi soċjali — Benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà

    (Artikolu 21(1) TFUE)

    Summary

    1. Benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà jikkostitwixxi benefiċċju tal-invalidità skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, jekk ikun stabbilit, sa minn meta ssir l-applikazzjoni, li l-applikant għandu diżabbiltà permanenti jew fit-tul. F’tali sitwazzjoni, dan il-benefiċċju jkun direttament relatat mar-riskju ta’ invalidità stabbilit fid-dispożizzjoni msemmija.

    (ara l-punti 53, 54 u d-dispożittiv 1)

    2. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, jipprekludi li Stat Membru jissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, li jitqies bħala benefiċċju tal-invalidità, għal kundizzjoni ta’ residenza abitwali tal-applikant fit-territorju tiegħu.

    (ara l-punt 70 u d-dispożittiv 2)

    3. L-Artikolu 21(1) TFUE jipprekludi li Stat Membru jissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà:

    - għal kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti tal-applikant fit-territorju tiegħu bl-esklużjoni ta’ kull element ieħor li jippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant u dan l-Istat Membru, u

    - għal kundizzjoni ta’ preżenza tal-applikant fit-territorju tiegħu fil-mument meta ssir l-applikazzjoni.

    (ara l-punti 104, 109, 110 u d-dispożittiv 2)

    Top