This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CJ0443
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-443/09
Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura (CCIAA) di Cosenza
vs
Grillo Star Srl
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cosenza)
“Direttiva 2008/7/KE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Artikoli 5(1)(ċ) u 6(1)(e) — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura”
Sommarju tas-sentenza
Domandi preliminari – Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett – Qorti mitluba tagħti deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja
(Artikolu 267 TFUE)
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital – Tranżazzjonijiet li ma humiex suġġetti għat-tassazzjoni indiretta
(Direttiva tal-Kunsill 2008/7, Artikolu 5(1)(ċ))
Sabiex tiddetermina jekk korp ta’ rinviju għandux in-natura ta’ “qorti jew tribunal” skont l-Artikolu 267 TFUE, liema kwistjoni taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ kriterji, bħal jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċeduri quddiemu humiex kontradittorji, jekk il-korp japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti. Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali jistgħu jirrikorru għall-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk kawża tkun pendenti quddiemhom u jekk ikunu mitluba jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura li l-iskop tagħha huwa li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja. Dan huwa l-każ tal-Imħallef inkarigat bil-kawżi ta’ falliment tat-Tribunale di Cosenza, peress li huwa mitlub jagħti deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja bl-għan li jaqta’ kawża fil-kuntest ta’ proċedura kontradittorja.
Fil-fatt, l-Imħallef inkarigat bil-kawżi ta’ falliment għandu jiddetermina, abbażi ta’ abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istat tal-passiv imfassal mill-kuratur tal-kumpannija taħt falliment u fuq talba tal-kredituri, id-djun li għandhom jiġu inklużi f’dan il-passiv. Barra minn hekk, il-kuratur kif ukoll il-partijiet l-oħra kkonċernati għandhom il-possibbiltà jikkontestaw, quddiem l-Imħallef inkarigat bil-kawżi ta’ falliment, it-talba għall-inklużjoni ta’ dejn magħmula lilu minn kreditur. Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li, f’nuqqas ta’ oppożizzjoni, id-deċiżjoni tal-imsemmi Mħallef li tirrifjuta l-inklużjoni ta’ dejn fil-passiv tipproduċi effetti legali vinkolanti. Barra minn hekk, il-kuratur u l-kredituri għandhom il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub u orali quddiem l-Imħallef inkarigat bil-kawżi ta’ falliment.
(ara l-punti 20, 21, 23-25)
L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix taxxa dovuta kull sena minn kull impriża fid-dawl tal-iskrizzjoni tagħha fir-reġistru tal-impriżi miżmum mill-kmamar tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura, anki jekk tali iskrizzjoni għandha effett kostituttiv għall-kumpanniji b’kapital azzjonarju u jekk din it-taxxa hija dovuta wkoll minn dawn il-kumpanniji għall-perijodu li matulu huma jwettqu biss attivitajiet preparatorji għall-operat ta’ impriża.
Fil-fatt, il-fatt li jagħti lok għal din it-taxxa ma jikkonsistix fl-iskrizzjoni tal-kumpannija jew tal-persuna ġuridika li hija l-proprjetarja ta’ impriża iżda fl-iskrizzjoni tal-impriża nfisha. Hija taxxa li tolqot, abbażi tad-dħul mill-bejgħ tagħhom, l-entitajiet kollha bi skop ta’ lukru. Tali taxxa hija indipendenti mill-forma ġuridika li għandha l-entità li hija l-proprjetarja tal-impriża peress li tolqot kemm l-impriżi li għandhom il-forma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/7 kif ukoll dawk li għandhom forma ġuridika oħra u, b’mod partikolari, dawk miżmuma jew immexxija individwalment mill-persuni fiżiċi. Barra minn hekk, il-fatt li t-taxxa annwali hija proporzjonali għad-dħul mill-bejgħ tal-impriża kkonċernata jeskludi li l-ħlas tagħha jikkostitwixxi formalità iktar oneruża għal impriża li tkun adottat il-forma ġuridika ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju milli għal impriża kkostitwita b’forma ġuridika differenti. Għaldaqstant, tali taxxa annwali ma hijiex marbuta mal-formalitajiet li l-kumpanniji b’kapital azzjonarju jistgħu jkunu suġġetti għalihom minħabba l-forma ġuridika tagħhom.
(ara l-punti 34-37, 43 u d-dispożittiv)
Kawża C-443/09
Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura (CCIAA) di Cosenza
vs
Grillo Star Srl
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cosenza)
“Direttiva 2008/7/KE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Artikoli 5(1)(ċ) u 6(1)(e) — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura”
Sommarju tas-sentenza
Domandi preliminari — Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett — Qorti mitluba tagħti deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja
(Artikolu 267 TFUE)
Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Tranżazzjonijiet li ma humiex suġġetti għat-tassazzjoni indiretta