Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0424

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Ħaddiema — Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtjia mal-ikkompletar ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin — Direttiva 89/48 — Aċċess għal professjoni rregolata jew l-eżerċizzju tagħha taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għal persuni li għandhom in-nazzjonalità tal-pajjiż — Professjonijiet meqjusa bħala professjonijiet irregolati — Applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rikonoxximent previst fis-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva, indipendentement mill-affiljazzjoni jew le tal-parti kkonċernata ma’ assoċjazzjoni jew ma’ organizzazzjoni professjonali rrikonoxxuta

    (Direttiva tal-Kunsill 89/48, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(d) u s-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3)

    2. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Ħaddiema — Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtjia mal-ikkompletar ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin — Direttiva 89/48 — Aċċess għal professjoni rregolata jew l-eżerċizzju tagħha taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għal persuni li għandhom in-nazzjonalità tal-pajjiż — Professjonijiet meqjusa bħala professjonijiet irregolati — Aċċess ibbażat fuq esperjenza professjonali — Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Kunsill 89/48, is-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3)

    Summary

    1. Is-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/48, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ rikonoxximent li jipprovdi huwa applikabbli meta, fl-Istat Membru tal-oriġini, il-professjoni inkwistjoni taqa’ taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(d) tal-istess direttiva, indipendentement mill-kwistjoni jekk il-persuna kkonċernata hijiex membru sħiħ jew le tal-assoċjazzjoni jew tal-organizzazzjoni kkonċernata.

    (ara l-punt 26 u d-dispożittiv 1)

    2. Sabiex tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finjiet tas-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/48, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19, l-esperjenza professjonali li tinvoka persuna li tagħmel talba sabiex tiġi awtorizzata teżerċita professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti għandha tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:

    - l-esperjenza invokata għandha tikkonsisti f’xogħol full-time matul għall-inqas sentejn tul l-għaxar snin preċedenti;

    - dan ix-xogħol għandu jkun ikkonsista fl-eżerċizzju b’mod kostanti u regolari ta’ numru ta’ attivitajiet professjonali li jikkaratterizzaw il-professjoni kkonċernata fl-Istat Membru tal-oriġini, mingħajr ma huwa neċessarju li dan ix-xogħol ikun kopra t-totalità ta’ dawn l-attivitajiet, u

    - il-professjoni, kif tiġi eżerċitata normalment fl-Istat Membru tal-oriġini, għandha tkun ekwivalenti, għal dak li jirrigwarda l-attivitajiet li tkopri, għall-professjoni li tkun intalbet awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju tagħha fl-Istat Membru ospitanti.

    (ara l-punt 42 u d-dispożittiv 2)

    Top