Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0383

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Protezzjoni stretta tal-ispeċi annimali elenkati fil-paragrafu (a) tal-anness IV

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 12(1)(d) u Anness IV(a))

    Summary

    L-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, jimponi fuq l-Istati Membri l-ħtieġa li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ protezzjoni stretta għall-ispeċijiet ta’ annimali li jinsabu fl-Anness IV(a) tal-istess direttiva, fil-firxa naturali tagħhom, billi tipprojbixxi d-deterjorament jew il-qerda ta’ siti tat-tgħammir jew postijiet ta’ mistrieħ.

    It-traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni timponi fuq l-Istati Membri mhux biss il-ħtieġa li jadottaw kuntest leġiżlattiv komplet, iżda wkoll l-implementazzjoni ta’ miżuri konkreti u speċifiċi ta’ protezzjoni. Bl-istess mod, is-sistema ta’ protezzjoni stretta timplika l-adozzjoni ta’ miżuri koerenti u kkoordinati, ta’ natura preventiva. Għalhekk, tali sistema ta’ protezzjoni stretta tippermetti li jiġi effettivament evitat id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ tgħammir jew tal-postijiet ta’ mistrieħ tal-ispeċijiet tal-annimali li jinsabu fl-imsemmi Anness IV(a).

    Għaldaqstant, billi ma jistabbilixxix programm ta’ miżuri li jippermetti protezzjoni stretta tal-ispeċi tal-ħamster komuni ( Cricetus cricetus ) u li jippermetti li jiġi effettivament evitat id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ tgħammir jew tal-postijiet ta’ mistrieħ tal-imsemmi speċi, Stat Membru jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43.

    (ara l-punti 18-21, 37, 40 u d-dispożittiv)

    Top