Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0362

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami tal-ilmenti — Obbligi tal-Kummissjoni — Fażi tal- eżami preliminari — Obbligu li tingħalaq din il-fażi permezz ta’ deċiżjoni — Irtirar tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ ilment dwar allegata għajnuna illegali — Kundizzjonijiet

    (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4(2), (3) u (4), 13(1) u 20(2))

    Summary

    L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 88 KE, jimponi fuq il-Kummissjoni, ladarba l-osservazzjonijiet addizzjonali jiġu ppreżentati mill-persuna interessata jew it-terminu raġonevoli jiskadi, l-obbligu li tagħlaq il-fażi preliminari tal-eżami billi tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2), (3) jew (4) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri jew deċiżjoni li tikkonstata l-ineżistenza tal-għajnuna, jew dik li ma tqajjimx oġġezzjonijiet jew dik li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    Jekk, wara deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ lment dwar allegata għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni kienet intitolata li tirtira att, din tista’ tipperpetwa n-nuqqas tagħha milli tieħu azzjoni matul il-fażi ta’ eżami preliminari b’mod li jmur kontra l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1) u 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999 u tevita kull stħarriġ ġudizzjarju. Jekk tiġi ammessa tali possibbiltà, dan imur kontra ċ-ċertezza legali li r-Regolament Nru 659/1999 jixtieq ġustament isaħħaħ, kif jirriżulta mill-premessi 3, 7 u 11 tiegħu.

    Konsegwentement, fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali, kif ukoll tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġuridika effettiva, għandu jitqies, minn naħa, li l-Kummissjoni tista’ tirtira biss deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ lment dwar allegata għajnuna illegali, bl-għan li tirrimedja illegalità fl‑imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, li wara tali rtirar hija ma tistax tkompli l-proċedura minn stadju ta’ qabel il-punt preċiż li fih l-illegalità kkonstatata tkun twettqet.

    (ara l‑punti 63, 68-70)

    Top