Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0291

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Unjoni doganali — Territorju doganali tal-Unjoni — Prinċipalità ta’ Monako

    (Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 3(2)(b))

    2. Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti

    (Artikolu 34 TFUE)

    Summary

    1. Skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, it-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako huwa kkunsidrat bħala li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Ebda dazju doganali jew ebda taxxa li għandha effett ekwivalenti ma tista’, konsegwentement, tiġi applikata fuq il-kummerċ bejn Monako u l-Istati Membri, il-merkanzija li toriġina minn Monako, esportata direttament lejn Stat Membru, għandha tiġi trattata daqs li kieku kienet toriġina mill-imsemmija Stati Membri. Minn din l-assimilazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mill-Istati Membri jirriżulta li l-merkanzija li toriġina minn Monako tibbenefika mir-regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija.

    (ara l-punt 14)

    2. L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi l-ħlas ta’ cautio judicatum solvi fuq rikorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako, li ressaq proċeduri ġudizzjarji quddiem waħda mill-qrati ċivili ta’ dan l-Istat kontra ċittadin ta’ dan l-istess Stat sabiex jikseb il-ħlas tal-kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ merkanzija assimilata għal merkanzija Komunitarja, iżda li ma timponix tali rekwiżit fuq iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.

    Huwa ċertament minnu li miżura bħal din twassal sabiex l-operaturi ekonomiċi li jkunu jixtiequ jibdew proċeduri ġudizzjarji jkunu suġġetti għal sistema proċedurali differenti skont jekk huma għandhomx jew le n-nazzjonalità tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, iċ-ċirkustanza li ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jeżitaw, minħabba f’dan, li jbigħu merkanzija lil xerrejja stabbiliti fl-imsemmi Stat Membru u li għandhom in-nazzjonalità ta’ dan tal-aħħar, hija inċerta u indiretta wisq sabiex tali miżura nazzjonali tkun tista’ titqies bħala li hija ta’ natura li tostakola l-kummerċ intra-Komunitarju, għalhekk, ir-rabta kawżali bejn l-eventwali bdil tal-kummerċ intra-Komunitarju u d-differenza ta’ trattament inkwistjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala stabbilita.

    (ara l-punti 17, 21 u d-dispożittiv)

    Top