Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0281

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attivitajiet ta’ xandir televiżiv — Direttiva 89/552 — Kunċett ta’ spot ta’ reklamar

    (Direttiva tal-Kunsill 89/552, Artikolu 18(2))

    Summary

    Jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 89/552, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36, Stat Membru li jittollera li ċerti tipi ta’ reklamar, bħalma huma r-rapporti pubbliċitarji, l-ispots ta’ telepromozzjoni, l-ispots ta’ reklamar ta’ sponsorship u l-mikroavviżi ta’ reklamar, jixxandru fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni nazzjonali għal ħin li jaqbeż il-limitu massimu ta’ 20 % tal-ħin ta’ xandir għal kull siegħa bl-arloġġ, previst fl-Artikolu 18(2) tal-imsemmija direttiva. Dawn it-tipi ta’ reklamar jaqgħu taħt il-kunċett ta’ spots ta’ reklamar u għaldaqstant huma suġġetti għal-limitazzjonijiet tal-ħin ta’ xandir previsti f’din l-aħħar dispożizzjoni.

    Fil-fatt, kull tip ta’ reklamar fuq it-televiżjoni mxandar bejn il-programmi jew matul l-intervalli huwa, bħala prinċipju, spot ta’ reklamar fis-sens tad-Direttiva 89/552, sakemm dan it-tip ta’ reklamar ma jkunx jaqa’ taħt forma oħra ta’ reklamar irregolat b’mod manifest mill-imsemmija direttiva, kif huwa l-każ, b’mod partikolari, tat-teleshopping, jew jekk ikun jeħtieġ, minħabba l-modi ta’ preżentazzjoni tiegħu, tul superjuri minn dak tal-ispots ta’ reklamar, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet previsti għall-imsemmija spots ikunu ta’ żvantaġġ għall-forma ta’ reklamar inkwistjoni meta mqabbla mal-ispots ta’ reklamar mingħajr ġustifikazzjoni valida. Konsegwentement, anki jekk tip ta’ reklamar partikolari intrinsikament, jiġifieri minħabba l-modi ta’ preżentazzjoni tiegħu, għandu tul ftit iktar mit-tul normali tal-ispots ta’ reklamar, dan il-fatt waħdu ma huwiex biżżejjed biex dan ir-reklamar jiġi kklassifikat bħala “forma oħra ta’ reklamar” fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 89/552.

    (ara l-punti 52, 53, 55, 56 u d-dispożittiv)

    Top