EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0224

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 92/57 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli

(Direttiva tal-Kunsill 92/57, Artikolu 3(1) u (2))

Summary

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/57, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it‑tmien direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat kif ġej:

– il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti deroga, għal post ta’ kostruzzjoni li jinkludi xogħlijiet privati li ma jeħtiġux permess ta’ bini u li ser ikunu preżenti fih diversi kuntratturi, mill-obbligu tal-klijent jew tal-persuna responsabbbli mix-xogħlijiet, li jinnomina koordinatur ta’ sigurtà u ta’ saħħa waqt l-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett, jew, f’kull każ, qabel l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet;

– il-paragrafu 2 tal-istess artikolu jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l‑obbligu tal-koordinatur responsabbli mit-twettiq tax-xogħol li jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà u ta’ saħħa biss fil-każ fejn diversi kuntratturi huma mqabbda f’post ta’ kostruzzjoni li fih ser iseħħu xogħlijiet privati li ma jeħtiġux permess ta’ bini u li ma jiħdux bħala kriterju ta’ dan l-obbligu r-riskji partikolari bħal dawk imsemmija fl-Anness II tal-imsemmija direttiva.

(ara l-punt 31 u d-dispożżitiv)

Top