This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CJ0056
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
1. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxi fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ korsijiet ta’ tagħlim universitarju mogħtija minn stabbilimenti universitarji privati li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Inammissibbiltà — Possibbiltà li jitnaqqsu l-imsemmija spejjeż sal-limitu massimu ffissat għall-ispejjeż korrispondenti għal korsijiet simili mogħtija mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli — Ammissibbiltà
(Artikolu 49 KE)
2. Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxi fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ korsijiet ta’ tagħlim universitarju mogħtija minn stabbilimenti universitarji li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Inammissibbiltà — Possibbiltà li jitnaqqsu l-imsemmija spejjeż sal-limitu massimu ffissat għall-ispejjeż korrispondenti għal korsijiet simili mogħtija mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli — Ammissibbiltà
(Artikolu 18 KE)
1. L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens:
- li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l-ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mogħti mill-istabbilimenti universitarji li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, iżda li teskludi, b’mod ġenerali, din il-possibbiltà fir-rigward ta’ spejjeż ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju privat stabbilit fi Stat Membru ieħor;
- li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l‑ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju privat, stabbilit fi Stat Membru ieħor, sal-limitu massimu ffissat għall-ispejjeż korrispondenti stabbiliti għall-attendenza ta’ korsijiet simili mogħtija mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli.
(ara l-punt 66 u d-dispożittiv 1)
2. L-Artikolu 18 KE għandu jiġi interpretat fis-sens:
- li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l‑ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mogħti mill-istabbilimenti li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda li teskludi, b’mod ġenerali, din il-possibbiltà fir-rigward ta’ spejjeż ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor;
- li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l‑ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor, sal-limitu massimu ffissat għall-ispejjeż korrispondenti stabbiliti għall-attendenza ta’ korsijiet simili mogħtija mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli.
(ara l-punt 78 u d-dispożittiv 2)