Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0587

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli — Oneru tal-prova

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

    2. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni li tikkonċerna diversi destinatarji — Neċessità ta’ motivazzjoni suffiċjenti b’mod partikolari fir-rigward tal-entità li għandha tirrispondi għall-akkuża ta’ ksur

    (Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE)

    3. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Valur probatorju ta’ dikjarazzjonijiet volontarji magħmula minn impriża li tipparteċipa f’akkordju bi tweġiba għal talba għal tagħrif min-naħa tal-Kummissjoni — Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-imsemmija impriża — Valur probatorju għoli

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

    4. Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Nota ta’ intervent — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà — Formulazzjoni impreċiża ta’ lment — Inammissibbiltà — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 113)

    5. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Kontradizzjoni — Effetti

    (Artikolu 253 KE)

    6. Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet

    (Artikolu 81(1) KE)

    7. Akkordji — Prattika miftiehma — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ rilevanza — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba l-effett

    (Artikolu 81(1) KE)

    8. Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Evalwazzjoni fir-rigward tan-natura tal-ksur — Diskussjoni bejn kompetituri dwar il-fatturi ta’ pprezzar u tal-iżvilupp tal-prezzijiet qabel l-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza tagħhom — Ksur minħabba l-għan

    (Artikolu 81(1) KE)

    9. Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Evalwazzjoni fir-rigward tad-data u tal-frekwenza tal-komunikazzjonijiet — Ċirkustanzi marbuta mas-suq u mal-għan tal-prattika miftiehma — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-prattika miftiehma u l-aġir tal-impriżi fis-suq — Preżunzjoni li hemm din ir-rabta kawżali

    (Artikolu 81(1) KE)

    10. Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni — Suq suġġett għal kuntest leġiżlattiv speċifiku u organizzat f’ċikli ta’ kull ġimgħa — Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Artikolu 81(1) KE)

    11. Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Għan antikompetittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet fuq il-konsum — Assenza ta’ rilevanza

    (Artikolu 81(1) KE)

    12. Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Rabta mas-suġġett tal-kawża

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(4))

    13. Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat kollu kemm hu minkejja r-rwol limitat tagħha — Ammissibbiltà — Teħid inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur

    (Artikolu 81(1) KE)

    14. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Portata — Komunikazzjoni tat-tweġibiet għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ dokument — Konsegwenzi — Neċessità li ssir, fuq il-livell tal-oneru tal-prova li taqa’ fuq l-impriża kkonċernata, distinzjoni bejn id-dokumenti li huma prova kontra u dawk li jiskaġunaw

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/C, punti 8 u 27)

    15. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Aċċess għall-fajl — Dokumenti li ma jidhrux fil-fajl istruttorju u li ma humiex ikkunsidrati mill-Kummissjoni sabiex jintużaw bħala prova kontra — Dokumenti li jistgħu jkunu utli għad-difiża tal-partijiet — Obbligu tal-Kummissjoni li b’inizjattiva tagħha stess tagħmel dawn id-dokumenti aċċessibbli għall-partijiet — Assenza — Obbligu tal-partijiet li jitolbu l-komunikazzjoni tiegħu

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/C, punti 8 u 27)

    16. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Deċiżjoni mhux identika għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Kundizzjoni — Prova mill-impriża kkonċernata tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ lmenti ġodda

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

    17. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

    18. Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

    19. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — 54392 / Prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

    20. Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett — Soluzzjoni analoga għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv

    (Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

    21. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa

    (Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, it-tielet inċiż tal-punt 29)

    22. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Ċirkustanzi attenwanti — Eżistenza ta’ dubju raġonevoli fir-rigward tan-natura li tikkostitwixxi ksur tal-aġir issanzjonat — Assenza — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

    23. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ rifjut milli tingħata risposta li timplika rikonoxximent ta’ ksur

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, premessa 23 u Artikolu 18)

    24. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa

    (Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 21 u 22)

    25. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kooperazzjoni tal-impriża implikata mal-Kummissjoni — Tnaqqis minħabba n-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa

    (Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 21 u 22)

    26. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kooperazzjoni tal-impriża implikata mal-Kummissjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Prassi deċiżjonali preċedenti — Natura indikattiva — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Portata — Impossibbiltà għal impriża li tinvoka l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sabiex jiġi rrikonoxxut lilha tnaqqis illegali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 21 u 22)

    Summary

    1. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 50-58, 67, 260, 281)

    2. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 61-63, 250)

    3. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 104, 364)

    4. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 268-271, 273, 394, 541, 542)

    5. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 278, 279)

    6. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 296-299, 301-303, 565, 566)

    7. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 304-306, 400, 546, 547)

    8. Fil-qasam tal-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita distinzjoni bejn, minn naħa, il-kompetituri li jiġbru informazzjoni b’mod indipendenti jew jiddiskutu prezzijiet futuri ma’ klijenti u ma’ terzi u, min-naħa l-oħra, il-kompetituri li jiddiskutu fatturi ta’ pprezzar u l-iżvilupp tal-prezzijiet ma’ kompetituri oħra qabel ma jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ referenza tagħhom. Għalkemm l-ewwel aġir ma jqajjem l-ebda diffikultà fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ kompetizzjoni libera u mhux distorta, l-istess ma jgħoddx għat-tieni wieħed, li jikkontradixxi l-eżiġenza li kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li għandu l-intenzjoni li jsegwi fuq is-suq komuni, peress li din l-awtonomija tipprekludi rigorożament kull tip ta’ kuntatt dirett jew indirett bejn tali operaturi li jkollu l-għan jew l-effett jew li jinfluwenza l-aġir fuq is-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali, jew li jikxef ma’ tali kompetitur l-aġir li jkun ġie deċiż jew li wieħed ikollu l-intenzjoni li jadotta huwa stess fuq is-suq.

    Għalkemm ċerta informazzjoni skambjata setgħet tinkiseb minn sorsi oħra, is-sistema ta’ skambji stabbilita ppermettiet lill-impriżi kkonċernati jkunu jafu b’din l-informazzjoni b’mod iktar sempliċi, rapidu u dirett u li ssir evalwazzjoni aġġornata tagħha, fejn b’hekk inħolqot klima ta’ ċertezza reċiproka fir-rigward tal-politika ta’ prezz futura tagħhom.

    Permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ pprezzar minn qabel, l-impriżi kkonċernati jistgħu jiżvelaw il-metodu ta’ aġir li huma għandhom l-intenzjoni jadottaw jew, mill-inqas, jippermettu lil kull wieħed mill-parteċipanti jevalwa l-aġir futur t a’ kompetituri u jantiċipa l-metodu ta’ aġir li huma jipproponu li jiġi segwit fir-rigward tal-istabbiliment tal-prezzijiet ta’ referenza. Għaldaqstant dawn il-komunikazzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-inċertezza madwar id-deċiżjonijiet futuri tal-kompetituri fir-rigward tal-prezzijiet ta’ referenza, bil-konsegwenza li jkun hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn impriżi.

    F’dan ir-rigward, l-ewwel eżempju ta’ akkordju mogħti mill-Artikolu 81(1)(a) KE, iddikjarat espressament inkompatibbli mas-suq komuni huwa preċiżament dak li jikkonsisti f’“l-iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet ta’ l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kondizzjonijiet oħra tan-negozju”. Issa, il-komunikazzjonijiet ta’ pprezzar minn qabel, li huma intiżi għall-koordinazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza, jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet. Huma jagħtu lok għal prattika miftiehma li għandha bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81 KE.

    (ara l-punti 344, 345, 368, 369, 584, 585, 765, 768)

    9. Fil-qasam tal-kompetizzjoni, fir-rigward tal-kundizzjonijiet fejn ftehim illegali jista’ jiġi kkaratterizzat fid-dawl tal-kwistjoni tan-numru u tar-regolarità tal-kuntatti bejn il-kompetituri, huma kemm l-għan tal-ftehim kif ukoll iċ-ċirkustanzi proprji tas-suq li jispjegaw il-frekwenza, l-intervalli u l-mod kif il-kompetituri jidħlu f’kuntatt wieħed mal-ieħor sabiex jaslu għal ftehim dwar l-aġir tagħhom fis-suq. Jekk l-impriżi kkonċernati jistabbilixxu akkordju b’sistema kumplessa ta’ ftehim fuq numru kbir ta’ aspetti tal-aġir tagħhom fis-suq, huma jista’ jkollhom bżonn ta’ kuntatti regolari fuq perijodu twil. Min-naħa l-oħra, jekk il-prattika miftiehma hija speċifika u intiża sabiex tarmonizza biss l-aġir fis-suq fir-rigward ta’ parametru iżolat tal-kompetizzjoni, kuntatt ta’ darba jista’ jkun biżżejjed sabiex l-għan antikompetittiv imfittex mill-impriżi kkonċernati jintlaħaq.

    Dak li huwa importanti ma huwiex in-numru ta’ laqgħat bejn l-impriżi kkonċernati iżda l-kwistjoni dwar jekk il-kuntatt jew kuntatti li seħħew offrewx lil dawn tal-aħħar il-possibbiltà li jikkunsidraw l-informazzjoni skambjata mal-kompetituri tagħhom sabiex jiddeterminaw l-aġir tagħhom fis-suq inkwistjoni u biex jissostitwixxu intenzjonalment kooperazzjoni prattika bejniethom għad-dannu tal-kompetizzjoni. Ladarba jista’ jiġi stabbilit li dawn l-impriżi waslu għal prattika miftiehma u baqgħu attivi fuq dan is-suq, huwa ġġustifikat li jkun hemm l-eżiġenza li dawn jipproduċu l-prova li dan il-ftehim ma kellux influwenza fuq l-aġir tagħhom fuq l-imsemmi suq.

    (ara l-punti 351, 352)

    10. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri huwa suxxettibbli li jkun kuntrarju għar-regoli tal-kompetizzjoni meta jnaqqas jew iħassar il-grad ta’ inċertezza dwar il-funzjonament tas-suq inkwistjoni bil-konsegwenza li jkun hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn impriżi. Dawn ir-regoli jipprekludu kull kuntatt bejn l-operaturi ekonomiċi meta dawn il-kuntatti jkollhom l-għan jew l-effett li jwasslu għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni, fid-dawl tan-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, tal-importanza jew tan-numru ta’ impriżi u tal-volum tal-imsemmi suq.

    Jekk l-offerta fuq suq tkun ikkonċentrata ħafna, l-iskambju ta’ ċerta informazzjoni jista’ jkun, b’mod partikolari skont it-tip ta’ informazzjoni skambjata, ta’ natura li jippermetti lill-impriżi jkunu jafu l-pożizzjoni u l-istrateġija kummerċjali tal-kompetituri tagħhom fuq is-suq, fejn b’hekk tneħħi r-rivalità fuq dan is-suq u żżid il-probabbiltà ta’ kollużjoni, anzi tiffaċilitaha. Min-naħa l-oħra, jekk l-offerta tkun imnaqqsa, ix-xandir u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri jistgħu jkunu newtrali jew anki pożittivi, għan-natura kompetittiva tas-suq. Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni anki meta s-suq inkwistjoni ma huwiex suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna.

    Tixrid regolari u viċin ta’ informazzjoni li hija relatata mal-prezzijiet ta’ referenza futuri kellu l-effett li jżid, b’mod artifiċjali, it-trasparenza fuq suq fejn il-kompetizzjoni kienet diġà mnaqqsa fid-dawl tal-kuntest leġiżlattiv speċifiku u ta’ skambju ta’ informazzjoni preliminari, b’mod partikolari f’suq organizzat f’ċikli ta’ kull ġimgħa, jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    (ara l-punti 371, 430-432, 548)

    11. Fil-qasam tal-kompetizzjoni, fir-rigward tal-possibbiltà li prattika miftiehma titqies li għandha għan antikompetittiv anki jekk din tal-aħħar ma jkollha l-ebda rabta mal-prezz fuq il-konsum, il-kliem tal-Artikolu 81(1) KE ma jippermettix li jiġu kkunsidrati bħala pprojbiti biss il-prattiki miftiehma li għandhom effett dirett fuq il-prezz imħallas mill-konsumaturi finali. Bil-kontra, mill-Artikolu 81(1)(a) KE jirriżulta li prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv jekk hija tkun tikkonsisti fl-iffissar b’mod dirett jew indirett tal-prezzijiet tal-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kundizzjonijiet oħra tan-negozju.

    L-Artikolu 81 KE jfittex, bħar-regoli l-oħra tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat, li jipproteġi mhux biss l-interessi tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda l-istruttura tas-suq u, b’hekk, il-kompetizzjoni bħala tali. B’mod partikolari, il-fatt li prattika miftiehma ma għandhiex effett dirett fuq il-livell tal-prezzijiet ma jipprekludix li jiġi kkonstatat li tkun limitat il-kompetizzjoni bejn l-impriżi kkonċernati. Għalhekk, il-konstatazzjoni tal-eżistenza tal-għan antikompetittiv ta’ prattika miftiehma ma tistax tkun sekondarja għal dik ta’ rabta diretta tiegħu mal-prezzijiet fuq il-konsum.

    (ara l-punti 459, 460, 548, 549, 769)

    12. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 536-538, 717, 718)

    13. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 587, 588, 590, 591, 637-639, 648)

    14. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 655, 656, 662-668, 670, 688-690, 724)

    15. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 657, 659)

    16. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 706, 707)

    17. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 749)

    18. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 751)

    19. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 754, 755)

    20. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 792)

    21. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 799-803)

    22. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 824-827)

    23. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 834-837)

    24. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 841-844, 851, 854)

    25. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 857-859)

    26. Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservix bħala kuntest ġuridiku għall-multi u deċiżjonijiet li jikkonċernaw kawżi oħra huma ta’ natura indikattiva f’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa fil-qasam tal-iffissar tal-ammont tal-multi u hija ma hijiex marbuta mal-evalwazzjonijiet li tkun għamlet preċedentement. Is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni tat, fil-prassi deċiżjonali tagħha, ċerta rata ta’ tnaqqis għal aġir partikolari ma jimplikax li hija għandha l-obbligu li tagħti l-istess tnaqqis proporzjonali meta tevalwa aġir simili fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva ulterjuri.

    Il-kunsiderazzjonijiet ġenerali u ftit espliċiti, li jgħidu li l-impriżi li jiddefendu ruħhom leġittimament billi jsostnu li l-prattiki kkonstatati mill-Kummissjoni ma jiksrux l-Artikolu 81 KE jinsabu f’pożizzjoni inqas favorevoli minn dik tal-impriżi involuti fil-prattiki li jikkostitwixxu manifestament ksur gravi, ma humiex tali li jiżvelaw il-ksur ta’ dispożizzjoni kwalunkwe, u tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 b’mod partikolari, u lanqas ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt li jiġġustifika illegalità tad-deċiżjoni kkontestata u tnaqqis tal-ammont tal-multa. Hekk kif tenfasizza l-Kummissjoni, is-sempliċi paragun li jagħmel sens fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 81 KE huwa dak bejn l-entitajiet li jikkooperaw b’mod volontarju u l-impriżi li jibqgħu lura minn kull kooperazzjoni, fejn tal-aħħar ma jistgħux jallegaw li jinsabu fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ tal-ewwel.

    L-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandha tikkonċilja ruħha mal-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità, skont liema ħadd ma jista’ jinvoka, favurih, illegalità mwettqa favur ħaddieħor. Peress li impriża, bl-aġir tagħha, kisret l-Artikolu 81 KE, hija ma tistax taħrab minn kwalunkwe sanzjoni minħabba li operatur jew żewġ operaturi ekonomiċi oħra ma ngħatawx multa, meta l-Qorti Ġenerali ma jkollhiex tiddeċiedi dwar is-sitwazzjoni tal-imsemmija operaturi.

    (ara l-punti 862, 863, 865, 866, 869, 870)

    Top

    Kawża T-587/08

    Fresh Del Monte Produce, Inc.

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-banana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni — Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv — Rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq — Ksur wieħed — Imputazzjoni tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Multi — Gravità tal-ksur — Kooperazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013

    1. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Natura konfutabbli – Oneru tal-prova

      (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

    2. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni li tikkonċerna diversi destinatarji – Neċessità ta’ motivazzjoni suffiċjenti b’mod partikolari fir-rigward tal-entità li għandha tirrispondi għall-akkuża ta’ ksur

      (Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE)

    3. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Valur probatorju ta’ dikjarazzjonijiet volontarji magħmula minn impriża li tipparteċipa f’akkordju bi tweġiba għal talba għal tagħrif min-naħa tal-Kummissjoni – Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-imsemmija impriża – Valur probatorju għoli

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

    4. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Nota ta’ intervent – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà – Formulazzjoni impreċiża ta’ lment – Inammissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 113)

    5. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Kontradizzjoni – Effetti

      (Artikolu 253 KE)

    6. Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Preżunzjoni – Kundizzjonijiet

      (Artikolu 81(1) KE)

    7. Akkordji – Prattika miftiehma – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għan antikompetittiv – Konstatazzjoni suffiċjenti – Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq – Assenza ta’ rilevanza – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba l-effett

      (Artikolu 81(1) KE)

    8. Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Evalwazzjoni fir-rigward tan-natura tal-ksur – Diskussjoni bejn kompetituri dwar il-fatturi ta’ pprezzar u tal-iżvilupp tal-prezzijiet qabel l-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza tagħhom – Ksur minħabba l-għan

      (Artikolu 81(1) KE)

    9. Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Evalwazzjoni fir-rigward tad-data u tal-frekwenza tal-komunikazzjonijiet – Ċirkustanzi marbuta mas-suq u mal-għan tal-prattika miftiehma – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-prattika miftiehma u l-aġir tal-impriżi fis-suq – Preżunzjoni li hemm din ir-rabta kawżali

      (Artikolu 81(1) KE)

    10. Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni – Suq suġġett għal kuntest leġiżlattiv speċifiku u organizzat f’ċikli ta’ kull ġimgħa – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 81(1) KE)

    11. Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Għan antikompetittiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet fuq il-konsum – Assenza ta’ rilevanza

      (Artikolu 81(1) KE)

    12. Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Rabta mas-suġġett tal-kawża

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(4))

    13. Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali – Kriterji – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat kollu kemm hu minkejja r-rwol limitat tagħha – Ammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur

      (Artikolu 81(1) KE)

    14. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Portata – Komunikazzjoni tat-tweġibiet għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ dokument – Konsegwenzi – Neċessità li ssir, fuq il-livell tal-oneru tal-prova li taqa’ fuq l-impriża kkonċernata, distinzjoni bejn id-dokumenti li huma prova kontra u dawk li jiskaġunaw

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/C, punti 8 u 27)

    15. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Aċċess għall-fajl – Dokumenti li ma jidhrux fil-fajl istruttorju u li ma humiex ikkunsidrati mill-Kummissjoni sabiex jintużaw bħala prova kontra – Dokumenti li jistgħu jkunu utli għad-difiża tal-partijiet – Obbligu tal-Kummissjoni li b’inizjattiva tagħha stess tagħmel dawn id-dokumenti aċċessibbli għall-partijiet – Assenza – Obbligu tal-partijiet li jitolbu l-komunikazzjoni tiegħu

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/C, punti 8 u 27)

    16. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Deċiżjoni mhux identika għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Kundizzjoni – Prova mill-impriża kkonċernata tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ lmenti ġodda

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

    17. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

    18. Kompetizzjoni – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Natura ġuridika

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

    19. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – 54392 / Prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

    20. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ġdid – Kunċett – Soluzzjoni analoga għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv

      (Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

    21. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa

      (Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, it-tielet inċiż tal-punt 29)

    22. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Eżistenza ta’ dubju raġonevoli fir-rigward tan-natura li tikkostitwixxi ksur tal-aġir issanzjonat – Assenza – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

    23. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt ta’ rifjut milli tingħata risposta li timplika rikonoxximent ta’ ksur

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, premessa 23 u Artikolu 18)

    24. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata – Kundizzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa

      (Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 21 u 22)

    25. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kooperazzjoni tal-impriża implikata mal-Kummissjoni – Tnaqqis minħabba n-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti – Kundizzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa

      (Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 21 u 22)

    26. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kooperazzjoni tal-impriża implikata mal-Kummissjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni – Prassi deċiżjonali preċedenti – Natura indikattiva – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Portata – Impossibbiltà għal impriża li tinvoka l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sabiex jiġi rrikonoxxut lilha tnaqqis illegali

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 21 u 22)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 50-58, 67, 260, 281)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 61-63, 250)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 104, 364)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 268-271, 273, 394, 541, 542)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 278, 279)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 296-299, 301-303, 565, 566)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 304-306, 400, 546, 547)

    8.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita distinzjoni bejn, minn naħa, il-kompetituri li jiġbru informazzjoni b’mod indipendenti jew jiddiskutu prezzijiet futuri ma’ klijenti u ma’ terzi u, min-naħa l-oħra, il-kompetituri li jiddiskutu fatturi ta’ pprezzar u l-iżvilupp tal-prezzijiet ma’ kompetituri oħra qabel ma jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ referenza tagħhom. Għalkemm l-ewwel aġir ma jqajjem l-ebda diffikultà fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ kompetizzjoni libera u mhux distorta, l-istess ma jgħoddx għat-tieni wieħed, li jikkontradixxi l-eżiġenza li kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li għandu l-intenzjoni li jsegwi fuq is-suq komuni, peress li din l-awtonomija tipprekludi rigorożament kull tip ta’ kuntatt dirett jew indirett bejn tali operaturi li jkollu l-għan jew l-effett jew li jinfluwenza l-aġir fuq is-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali, jew li jikxef ma’ tali kompetitur l-aġir li jkun ġie deċiż jew li wieħed ikollu l-intenzjoni li jadotta huwa stess fuq is-suq.

      Għalkemm ċerta informazzjoni skambjata setgħet tinkiseb minn sorsi oħra, is-sistema ta’ skambji stabbilita ppermettiet lill-impriżi kkonċernati jkunu jafu b’din l-informazzjoni b’mod iktar sempliċi, rapidu u dirett u li ssir evalwazzjoni aġġornata tagħha, fejn b’hekk inħolqot klima ta’ ċertezza reċiproka fir-rigward tal-politika ta’ prezz futura tagħhom.

      Permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ pprezzar minn qabel, l-impriżi kkonċernati jistgħu jiżvelaw il-metodu ta’ aġir li huma għandhom l-intenzjoni jadottaw jew, mill-inqas, jippermettu lil kull wieħed mill-parteċipanti jevalwa l-aġir futur ta’ kompetituri u jantiċipa l-metodu ta’ aġir li huma jipproponu li jiġi segwit fir-rigward tal-istabbiliment tal-prezzijiet ta’ referenza. Għaldaqstant dawn il-komunikazzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-inċertezza madwar id-deċiżjonijiet futuri tal-kompetituri fir-rigward tal-prezzijiet ta’ referenza, bil-konsegwenza li jkun hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn impriżi.