Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0543

    RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni

    Kawża T‑543/08

    RWE AG

    u

    RWE Dea AG

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarja tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % — Suċċessjoni — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ġurisdizzjoni sħiħa”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2014

    1. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Preżunzjoni konfutabbli – Obbligi ta’ prova tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni – Elementi insuffiċjenti sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni

      (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    2. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Applikabbiltà għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà lill-kumpaniji parent għall-ksur imwettaq mill-impriża konġunta tagħhom

    3. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Imputazzjoni ta’ aġir antikompetittiv tal-impriża konġunta għaż-żewġ kumpanniji parent li għandhom ishma ugwali – Kundizzjonijiet – Eżerċizzju effettiv ta’ influenza determinanti miż-żewġ kumpanniji parent – Kunċett ta’ tmexxija konġunta – Oneru tal-prova tal-Kummissjoni

      (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004)

    4. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata – Kundizzjonijiet – Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

      (Regolament Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2002/C 45/03)

    5. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Obbligu tal-Kummissjoni li tavża lill-impriżi milquta b’investigazzjoni bil-possibbiltà tal-adozzjoni ta’ miżuri istruttorji jew ġudizzjarji qabel ma tintbagħat kwalunkwe dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Assenza

      (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

    6. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li timponi multi għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li tirrigwarda pluralità ta’ destinatarji – Imputazzjoni ta’ prattiki ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha – Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita – Portata

      (Artikoli 81 KE u 253 KE)

    7. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni – Sena ta’ referenza – L-aħħar sena sħiħa tal-ksur – Natura eċċezzjoni tagħha – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodu ta’ referenza ikbar – Dħul mill-bejgħ medju matul il-perijodu ta’ referenza li jaqbeż dak tal-perijodu preċedenti – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 6 u 13)

    8. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata

      (Artikolu 261 KE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 25-28, 32, 36-44, 49, 50, 59-62, 66, 67, 69)

    2.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-aġir ta’ sussidjarja jista’ jiġi imputat lill-kumpannija parent, minħabba l-appartenenza tagħhom fl-istess impriża, meta din is-sussidjarja ma tiddefinixxix b’mod indipendenti l-aġir tagħha fis-suq, għaliex din tinsab taħt l-influwenza determinanti tal-kumpannija parent f’dan ir-rigward.

      L-aġir fis-suq tas-sussidjarja huwa taħt l-influwenza determinanti tal-kumpannija parent b’mod partikolari fil-każ fejn is-sussidjarja essenzjalment tapplika l-istruzzjonijiet li jingħatawlha mill-kumpannija parent.

      L-aġir fis-suq tas-sussidjarja huwa, bħala prinċipju, ukoll taħt l-influwenza determinanti tal-kumpannija parent meta hija jkollha biss is-setgħa li tiddefinixxi jew tapprova ċerti deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi, jekk ikun neċessarju permezz tar-rappreżentanti tagħha fil-korpi tas-sussidjarja, filwaqt li s-setgħa ta’ definizzjoni tal-politika kummerċjali stricto sensu tas-sussidjarja hija ddelegata lill-membri tal-eżekuttiv u tat-tmexxija inkarigati mill-ġestjoni operattiva tagħha, magħżula mill-kumpannija parent u li jirrappreżentaw u jippromwovu l-interessi kummerċjali tagħha.

      Dawn il-prinċipju huma wkoll applikabbli għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà lil kumpannija parent waħda jew iktar għal ksur imwettaq mill-impriża konġunta tagħhom.

      (ara l-punti 29-31, 33)

    3.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ma tistax, sabiex timputa l-aġir antikompetittiv ta’ impriża konġunta liż-żewġ kumpanniji parent li hija żżomm f’ishma ugwali, skont l-Artikolu 81 KE, tibbaża ruħha fuq is-sempliċi kapaċità ta’ influwenza determinanti, kif meqjus fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġi vverifikat jekk din l-influwenza ġietx effettivament eżerċitata. Għall-kuntrarju, hija għandha, bħala prinċipju, turi tali influwenza determinanti abbażi ta’ numru ta’ fatti. Dawn il-fatti jinkludu l-kumulu ta’ pożizzjonijiet, mill-istess persuni fiżiċi, fit-tmexxija tal-kumpannija parent u f’dik tas-sussidjarja jew tal-impriża konġunta tagħha, jew il-fatt li dawn il-kumpanniji kienu obbligati jsegwu d-direttivi maħruġa mill-bord tad-diretturi uniku tagħhom mingħajr ma setgħu jadottaw aġir indipendenti fis-suq.

      Barra minn hekk, l-eżerċizzju effettiv ta’ influenza determinanti minn kumpannija jew kumpanniji parent fuq l-aġir kummerċjali tal-impriża konġunta jista’ wkoll jintwera mill-eżami tal-modalitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdanha. Anki jekk is-setgħa jew il-possibbiltà li jiġu ddeterminati d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-impriża konġunta taqa’ biss, fiha nnifisha, taħt is-sempliċi kapaċità ta’ eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir kummerċjali tagħha u, għaldaqstant, taħt il-kunċett ta’ “kontroll” fis-sens tar-Regolament Nru 139/2004, il-Kummissjoni u l-qorti tal-Unjoni jistgħu jippreżumu li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u l-istipulazzjonijiet tal-ftehimiet relatati mal-funzjonament ta’ din l-impriża, b’mod partikolari dawk tal-kuntratt li jistabbilixxi l-impriża konġunta u tal-ftehim bejn l-azzjonisti fuq il-voti, ġew implementati u osservati. F’dan il-każ, l-eżami tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir kummerċjali tal-impriża konġunta jista’ jikkonsisti f’analiżi astratta tad-dokumenti ffirmati qabel il-bidu tal-funzjonament tagħha, bħall-analiżi li tikkonċerna l-kontroll. Madankollu, peress li l-eżami dwar l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti huwa retrospettiv u jista’ għaldaqstant ikun ibbażat fuq elementi konkreti, kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-partijiet ikkonċernati jistgħu jipproduċu l-prova li d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-impriża konġunta ġew iddeterminati skont modalitajiet differenti minn dawk li kienu jirriżultaw mill-eżami astratt biss tal-ftehimiet relatati mal-funzjonament tal-impriża konġunta.

      L-influwenza tal-kumpanniji parent fuq it-tmexxija operattiva tal-impriża konġunta, eżerċitata permezz tal-membri tal-bord tad-diretturi tagħha maħtura mill-imsemmija kumpanniji parent, hija kompletament rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ unità ekonomika bejnhom u bejn l-imsemmija impriża konġunta. Madankollu, il-Kummissjoni ma wrietx li l-impriża konġunta kkonċernata kienet ġiet iġġestita b’kollaborazzjoni stretta miż-żewġ kumpanniji parent u li d-deċiżjonijiet meħuda fi ħdan dan il-bord kienu jirriflettu r-rieda ta’ kull waħda mill-kumpanniji parent miżmuma bħala responsabbli. Tali konstatazzjoni ma setgħetx tiġi dedotta mill-eżami astratt tal-ftehimiet li jirregolaw il-funzjonament tal-impriża konġunta. Il-Kummissjoni ma ppruduċietx, lanqas, fatti konkreti f’dan ir-rigward, bħal, b’mod partikolari, il-minuti tal-laqgħat tal-bord tad-diretturi.

      Minn dan isegwi li, fil-preżenza ta’ fatti rilevanti prodotti minn waħda miż-żewġ kumpanniji parent, dwar l-assenza ta’ tmexxija konġunta tal-impriża konġunta, il-Kummissjoni ma tistax, sabiex tistabbilixxi tali tmexxija konġunta, tibbaża l-evalwazzjoni tagħha abbażi tal-istipulazzjonijiet biss tal-ftehim ta’ impriża konġunta.

      (ara l-punti 101, 102, 107, 108, 114, 115, 119, 123, 124)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 140-147, 151, 162-168)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 175-179)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 188-213)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 215-227)

    8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 256-258)

    Top