This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TJ0540
Esso et vs Il-Kummissjoni
Esso et vs Il-Kummissjoni
Kawża T‑540/08
Esso Société anonyme française et
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Tul tal-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Ġurisdizzjoni sħiħa”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2014
Akkordji – Parteċipazzjoni ta’ impriża f’inizjattivi antikompetittivi – Natura suffiċjenti, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-impriża, ta’ approvazzjoni taċita mingħajr tbegħid pubbliku jew denunzja lill-awtoritajiet kompetenti – Oneru tal-prova kuntrarja li għandha l-impriża
(Artikolu 81(1) KE)
Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Mistoqsijiet bil-miktub magħmula lill-partijiet – Assenza ta’ konsegwenza awtomatika fuq is-soluzzjoni tat-tilwima – Evalwazzjoni sovrana tal-fatti u tal-provi mill-Qorti Ġenerali
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 49 u 64)
Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni – Sena ta’ referenza – L-aħħar sena sħiħa tal-ksur – Natura eċċezzjonali ta’ dan tal-aħħar fir-rigward ta’ ċerti parteċipanti – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodu itwal bl-istess mod għall-parteċipanti kollha – Impriża li tinsab f’sitwazzjoni differenti minn dik ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fl-akkordju – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 6 u 13)
Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Kriterji – Perijodu ta’ referenza għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ – Amalgamazzjoni li seħħet qabel l-akkordju – Assenza ta’ rappreżentattività tal-valur tal-bejgħ waqt il-perijodu ta’ referenza – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)
Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata
(Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 38-46, 54)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 56-62)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 93-103)
Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-ammont bażiku kkalkolat, abbażi tal-Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, abbażi tal-valur tal-bejgħ matul il-perijodu ta’ referenza, immultiplikat bil-koeffiċjent skont it-tul, jagħti valur ta’ sostituzzjoni adatt, li jirrifletti r-realtà ekonomika matul it-tul kollu tal-ksur, biss jekk il-komponent tiegħu li jikkostitwixxi l-punt tat-tluq — il-valur tal-bejgħ — minn tal-inqas jirrappreżenta b’mod approssimattiv it-tul kollu tal-ksur.
Ċertament, il-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Kummissjoni għandha meta hija tkun qiegħda tikkalkola l-ammont tal-multa jippermettilha tieħu inkunsiderazzjoni, f’ċirkustanzi normali, l-aħħar sena ta’ parteċipazzjoni fil-ksur bħala perijodu ta’ referenza. Fil-fatt, tali soluzzjoni ġenerali hija ġġustifikata, peress li dan il-marġni ta’ diskrezzjoni jippermetti lill-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-varjazzjoni kollha fil-valur tal-bejgħ matul is-snin tal-ksur u peress li żieda fil-valur tal-bejgħ tista’ tkun ir-riżultat tal-akkordju nnifsu.
Madankollu, fil-każ fejn amalgamazzjoni seħħet matul l-akkordju u fejn, qabel l-amalgamazzjoni, parti waħda biss kienet ipparteċipat fl-istess akkordju, il-valur tal-bejgħ tal-entità li tirriżulta mill-amalgamazzjoni matul l-aħħar sena kompleta, immultiplikat bin-numru ta’ snin ta’ parteċipazzjoni mhux biss tal-entità li tirriżulta mill-amalgamazzjoni, iżda wkoll tal-parti li, qabel l-amalgamazzjoni, kienet tipparteċipa waħedha fl-akkordju, ma jistax jikkostitwixxi “valur ta’ sostituzzjoni adatt sabiex jiġu riflessi l-importanza ekonomika tal-ksur u l-piż relattiv ta’ kull impriża li tipparteċipa fil-ksur” għat-tul kollu tal-parteċipazzjoni. Fil-fatt, billi mmultiplikat il-valur tal-bejgħ tal-entità li tirriżulta mill-amalgamazzjoni wkoll bin-numru ta’ snin li matulhom waħda mill-impriżi partijiet fl-amalgamazzjoni biss ipparteċipat fil-ksur, il-Kummissjoni żiedet artifiċjalment l-ammont bażiku tal-multa b’mod sproporzjonat u li ma jirriflettix ir-realtà ekonomika eżistenti matul is-snin preċedenti għall-amalgamazzjoni. Hija tikser, b’hekk, l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll il-prinċipju ta’ propozjonalità.
(ara l-punti 110-114)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 132, 133)