EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0247

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Mument meta l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali jiġu sodisfatti (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 52-55)

2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 72, 73)

3. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Spejjeż sostnuti minn offerent - Dritt għal kumpens - Assenza - Eċċezzjoni - Ksur tad-dritt Komunitarju (ara l-punti 86, 87)

4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat - Spejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 88, 89)

5. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat - Kunċett - Spejjeż sostnuti quddiem l-Ombudsman Ewropew (Artikolu 195(1) KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Ombudsman Ewropew, Artikolu 2(6) u (7)) (ara l-punti 90, 91)

Subject of the case

Suġġett

Rikors għal danni intiż għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej allegatament ikkommetta fil-kuntest ta’ diversi sejħiet għal offerti fir-rigward ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni elettronika.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

2) C-Content BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top