Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0182

    Sommarju tas-sentenza

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummssjoni vs Atlantic Energy

    (Kawża T-182/08)

    “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari — Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt — Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem — Tpaċija legali — Proċedura fil-kontumaċja”

    1. 

    Proċedura — Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 50-69)

    2. 

    Proċedura — Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Stħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni ta’ tpaċija extraġudizzjarja bejn debiti u krediti adottata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament Nru 1605/2002 — Esklużjoni (Artikoli 230 KE u 238 KE) (ara l-punt 70)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa ħlas bil-quddiem min-naħa tal-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT.

    Dispożittiv

    1) 

    Atlantic Energy Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 226010, flimkien mal-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT għall-perijodi inklużi, minn naħa, bejn l-1 ta’ Ġunju 1996 u t-28 ta’ Frar 2002 u, min-naħa l-oħra, bejn is-16 ta’ Lulju 2002 u l-31 ta’ Mejju 2008, u mnaqqsa mis-somma ta’ EUR 3610.53, fejn din is-somma finali nnifisha kienet tinkludi l-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ċċitati iktar ’il fuq mill-1 ta’ Ġunju 2008 sal-ħlas kollu tad-debitu.

    2) 

    Atlantic Energy hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top