Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0005

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

    2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

    Summary

    1. Meta trade mark komposta hija kkostitwita permezz tat-tqegħid ta’ element u ta’ trade mark oħra fejn xulxin, din it-trade mark tal-aħħar, anki jekk ma hijiex l‑element dominanti fit-trade mark komposta, tista’ tikkonserva pożizzjoni distintiva awtonoma fit-trade mark komposta. F’tali każ, it-trade mark komposta u din it-trade mark l-oħra, riprodotta identikament fit-trade mark komposta, jistgħu jitqiesu li jixxiebhu għall-finijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

    Fis-sitwazzjoni fejn it-trade mark preċedenti ma hijiex riprodotta identikament fit‑trade mark sussegwenti, huwa wkoll possibbli li s-sinjali inkwistjoni jkunu simili minħabba x-xebh bejn it-trade mark preċedenti u element tat-trade mark sussegwenti li għandu pożizzjoni distintiva awtonoma.

    (ara l-punt 60)

    2. Filwaqt li huwa minnu li għandu jiġi eżaminat il-karattru distintiv ta’ element ta’ trade mark kumplessa mill-istadju tal-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali, sabiex jiġu ddeterminati l-elementi dominanti possibbli tas-sinjal, il-livell ta’ karattru distintiv tat-trade mark preċedenti huwa wieħed mill-elementi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja. Għalhekk, ma hemmx lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell possibbilment dgħajjef tal-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti fl-istadju tal-evalwazzjoni tax-xebh bejn is-sinjali.

    (ara l-punt 65)

    Top