Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0159

Sommarju tad-digriet

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 — Scippacercola u Terezakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-159/08 P)

“Appell — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni — Ċaħda tal-ilment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju”

1. 

Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 32, 33, 61)

2. 

Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza — Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 34-36, 74, 75, 77, 88, 104, 111)

3. 

Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż (Artikolu 82 KE) (ara l-punti 44, 47)

4. 

Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 95, 112)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008, Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni (T-306/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mill-appellanti dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni fi Spata (il-Greċja), li allegatament japplika imposti eċċessivi fuq l-utenti.

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

I. Scippacercola u I. Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż.

Top