Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0560

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Subject of the case
    Parti operattiva

    Keywords

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Proċedura prekontenzjuża – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi t-tressiq ta’ kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja – Rinunzja għas-setgħa diskrezzjonali ta’ tressiq ta’ kawża lil din il-qorti - Assenza (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 72)

    2. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Kontenut tal-evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti indiretti u kumulattivi tal-proġett fuq l-ambjent - Assenza - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikoli 2(1), 3, 4(2), 5(1), u Annessi II, III u IV) (ara l-punti 98, 100, 133)

    3. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjoni - Bidla jew estensjoni tal-proġetti - Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 4(2) u Anness II, punt 13) (ara l-punti 103, 105, 106, 137)

    4. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Obbligu li l-pubbliku jiġi informat b’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ proġett u tad-disponibbiltà tal-informazzjoni miġbura – Assenza ta’ evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent magħmula minn qabel - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikoli 6(2) u 8) (ara l-punti 108, 109 u d-dispożittiv 1)

    5. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Obbligu li l-pubbliku jiġi informat bid-deċiżjoni ta’ għoti jew ta’ rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ twettiq ta’ proġett - Pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ impatt ambjentali - Insuffiċjenza - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 9) (ara l-punt 112 u d-dispożittiv 1)

    6. Ambjent - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43 - Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Kundizzjonijiet - Kontroll minn qabel - Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett fuq is-sit - Evalwazzjoni xierqa - Evalwazzjoni li twassal għall-konklużjoni li ma hemmx effetti dannużi għas-sit kollu - Assenza - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3)) (ara l-punti 131, 132, 139 u d-dispożittiv 1)

    7. Ambjent - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43 - Awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku kbir għal pjan jew għal proġett fuq sit protett - Kundizzjoni - Identifikazzjoni minn qabel tal-effetti ta’ dan il-pjan jew proġett fuq is-sit - Assenza - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3) u (4)) (ara l-punti 138, 139 u d-dispożittiv 1)

    8. Ambjent - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43 - Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett mingħajr ma jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi evitat it-tfixkil intenzjonali tal-ispeċi annimali protetti li jgħixu fis-siti ta’ importanza Komunitarja - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 6(3) u (4), 7 u 12(1)(b) u (d)) (ara l-punti 140-142, 144 u d-dispożittiv 1)

    Subject of the case

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), 5, 6(2), 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) u tal-Artikolu 6(3) u (4), moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 12(1)(b) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tat-12 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif interpretat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2005, fil-Kawża C‑117/03, u tal-14 ta’ Settembru 2006, fil-Kawża C‑244/05 - Proġetti ta’ twessigħ u/jew titjib tat-triq M-501 - ZEP ES 0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio” - SIK propost ES 3110005 “Cuenca del río Guadarrama” u SIK propost ES 3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”.

    Parti operattiva

    Dispożittiv

    1) Billi ma ssodisfax ir-rekwiżiti previsti:

    – fl-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), skont il-każ, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35/KE, tas-26 ta’ Mejju 2003, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tat-triq M‑501;

    – fl-Artikoli 6(2) u 8 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/55, fir-rigward tal-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 2 u 4 ta’ din it-triq;

    – fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tal-istess triq;

    – fl-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tat-triq M‑501, f’dak li jirrigwarda ż-żona ta’ protezzjoni speċjali ES0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio”; u

    – fl-Artikolu 12(1)(b) u (d) ta’ din l-istess direttiva, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjoni 1 tat-triq M-501, f’dak li jirrigwarda s-sit ta’ importanza Komunitarja propost ES3110005 “Cuenca del río Guadarrama”, u tas-sezzjonijiet 2 u 4 tal-istess triq, f’dak li jirrigwarda s-sit ta’ importanza Komunitarja propost ES3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”,

    ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.

    2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    3) Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top