Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0536

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 17(2) u (3), u 28b(A)(2))

    Summary

    L-Artikoli 17(2) u (3) kif ukoll 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 92/111, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna taxxabbli li tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni ma għandhiex id-dritt li tnaqqas mal-ewwel it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud ta’ akkwist intra-Komunitarju.

    Fil-fatt, peress li l-oġġetti ntaxxati bħala akkwisti intra-Komunitarji kkunsidrati magħmula fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva, ma kinux ġew realment introdotti f’dan l-Istat Membru, dawn it-tranżazzjonijiet ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jagħtu “dritt għat-tnaqqis” fis-sens tal-Artikou 17 tas-Sitt Direttiva, li jissuġġetta t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-oġġetti u servizzi intermedjarji miksuba mill-persuna taxxabbli, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ akkwisti intra-Komunitarji, għall-kundizzjoni li l-oġġetti u s-servizzi hekk akkwistati jintużaw għall-bżonnijiet tal-operazzjonijiet intaxxati tal-persuna taxxabbli. Sussegwentement, tali akkwisti intra-Komunitarji ma jistgħux jibbenefikaw mis-sistema ġenerali ta’ tnaqqis prevista minn dan l-artikolu.

    F’dan ir-rigward, is-sistema ġenerali ta’ tnaqqis tat-taxxa, kif prevista fl-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva, ma hijiex intiża sabiex tissostitwixxi, f’tali sitwazzjoni, is-sistema speċifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28b(A)(2) ta’ din id-direttiva bbażata fuq mekkaniżmu ta’ tnaqqis ta’ bażi ta’ tassazzjoni li jippermetti l-korrezzjoni tat-taxxa doppja.

    (ara l-punti 40-43, 45 u d-dispożittiv)

    Top