Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0458

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Suġġett tal-kawża — Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża — Preċiżjoni tal-ilmenti inizjali fir-rikors promotur — Ammissibbiltà

(Artikolu 226 KE)

2. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Settur tal‑kostruzzjoni

(Artikolu 49 KE)

Summary

1. Il‑fatt li l‑Kummissjoni, fir‑rikors tagħha, tesponi fid‑dettall l‑argumenti insostenn tat‑talba tagħha dwar in‑nuqqas allegat, liema argumenti kienu diġà ġew esposti b’mod iktar ġenerali fl‑ittra ta’ intimazzjoni u fl‑opinjoni motivata, filwaqt li sempliċement tispjega f’iktar dettall ir‑raġunijiet għalxiex hija tikkunsidra li sistema hija inkompatibbli mal‑libertà li jiġu pprovduti servizzi, ma jemendax is‑suġġett tan‑nuqqas imsemmi u għalhekk ma jkollu ebda impatt fuq il‑portata tal‑kawża.

(ara l-punt 47)

2. Stat Membru jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 KE meta jeżiġi li l‑fornituri ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor jissodisfaw il‑kundizzjonijiet kollha li s‑sistema nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni timponi għall‑kisba tal‑awtorizzazzjoni għall‑eżerċizzju ta’ attività fis‑settur tal‑kostruzzjoni u meta b’hekk jeskludi li jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni l‑obbligi ekwivalenti li għalihom dawn il‑fornituri jkunu suġġetti fl‑Istat Membru fejn ikunu stabbiliti kif ukoll il‑verifiki li jkunu diġà twettqu f’dan ir‑rigward mill‑awtoritajiet tal‑aħħar Stat Membru.

Restrizzjoni għall‑Artikolu 49 KE tista’ tkun ġustifikata biss jekk l‑interess ġenerali li l‑leġiżlazzjoni nazzjonali tkun intiża li tipproteġi ma jkunx protett mir‑regoli li għalihom ikun suġġett il‑fornitur fl‑Istat Membru ta’ stabbiliment.

(ara l-punti 100, 108 u d-dispożittiv)

Top