EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0351

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-351/08

Christian Grimme

vs

Deutsche Angestellten-Krankenkasse.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht)

“Moviment liberu tal-persuni — Membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita taħt id-dritt Svizzeru li jmexxi fergħa ta’ din il-kumpannija fil-Ġermanja — Obbligu ta’ adeżjoni mal-assigurazzjoni Ġermaniża għax-xjuħija — Eżenzjoni minn dan l-obbligu għall-membri tal-bord eżekuttiv ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti taħt id-dritt Ġermaniż”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009   I ‐ 10779

Sommarju tas-sentenza

Ftehim internazzjonali – Ftehim KE-Svizzera fuq il-moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Trattament ugwali

(Ftehim KE-Svizzera fuq il-moviment liberu tal-persuni, Artikoli 1, 5, 7 u 16 u Anness I, Artikoli 12 u 17 sa 19)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni u b’mod partikolari, tal-Artikoli 1, 5, 7 u 16 kif ukoll tal-Artikoli 12 u 17 sa 19 tal-Anness I ta’ dan il-ftehim ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżiġi li persuna, li għandha ċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru u li hija impjegata fit-territorju ta’ dan tal-aħħar, taffilja ruħha mal-iskema legali tal-assigurazzjoni għax-xjuħija ta’ dan l-Istat Membru, minkejja l-fatt li din il-persuna hija membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita taħt id-dritt Svizzeru filwaqt li l-membri tal-bord eżekuttiv tal-kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti taħt id-dritt ta’ dan l-istess Stat Membru ma humiex obbligati jaffiljaw ruħhom mal-imsemmija skema ta’ assigurazzjoni.

(ara l-punt 50 u d-dispożittiv)

Top