Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0211

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rimbors għal spejjeż mediċi magħmula fi Stat Membru ieħor — Kura fi sptar mhux ippjanata —Regolament Nru 1408/71

(Artikolu 49 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikolu 22(1)(a)(i))

Summary

Stat Membru li jonqos milli jipprovdi għal rimbors supplimentari lill-benefiċjarji tas-sistema nazzjonali tas-saħħa ta’ dan l-Istat Membru għal spejjeż mediċi magħmula fi Stat Membru ieħor fil-każ ta’ trattament ġewwa sptar riċevut skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1)(a)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, dwar l-applikazzjoni tal‑iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir‑Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, sa fejn il-livell ta’ kopertura applikabbli fl-Istat Membru fejn dan it-trattament jingħata huwa inqas minn dak previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-persuna hija assigurata, ma jonqosx milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 49 KE.

Fil-fatt, il-fatt li persuni assigurati mas-sistema tas-saħħa ta’ Stat Membru jistgħu jiġu mħajra jirritornaw qabel iż-żmien f’dan l-Istat Membru sabiex jirċievu hemmhekk il-kura fi sptar li tkun saret neċessarja minħabba deterjorament tal‑kundizzjoni ta’ saħħa tagħhom waqt soġġorn temporanju fi Stat Membru ieħor jew li jirrinunzjaw għal vjaġġ, pereżempju turistiku jew ta’ studju, fit-tali Stat Membru ieħor, peress li ma jistgħux joqogħdu, ħlief f’każijiet partikolari limitati, fuq intervent supplimentari tal-istituzzjoni kompetenti fil-każ li l-ispiża ta’ trattament ekwivalenti fl-Istat Membru li fih il-persuna hija assigurata teċċedi l‑livell ta’ kopertura applikabbli f’dan l-Istat Membru ieħor, jidher wisq inċert u indirett. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni kkontestata ma tistax, b’mod ġenerali, titqies li hija ta’ natura li tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kura fi sptar, ta’ servizzi turistiċi jew ta’ servizzi edukattivi.

Barra minn hekk, il-każijiet li fihom il-kura fi sptar mhux ippjanata pprovduta lil persuna assigurata matul is-soġġorn temporanju tagħha fi Stat Membru ieħor jesponu, minħabba l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu, lill-Istat Membru li fih ġiet assigurata l‑persuna għal spiża finanzjarja ikbar milli kieku din il-kura ġiet ipprovduta f’wieħed mill-istabbilimenti tiegħu, huma meqjusa li jibbilanċjaw b’mod globali permezz tal-każijiet li fihom, għall-kuntrarju, l-applikazzjoni tal‑leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ soġġorn twassal għal spiża għall-Istat Membru li fih ġiet assigurata l-persuna għall-kura fi sptar li hija inqas minn dik li kienet tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu stess.

(ara l-punti 72, 78, 80)

Top