Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62008CJ0192

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-192/08

    TeliaSonera Finland Oyj

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus)

    “Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikolu 4(1) — Netwerks u servizzi — Ftehim ta’ interkonnessjoni bejn impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet — Obbligu ta’ negozjati in bona fide — Kunċett ta’ ‘operatur ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet’ — Artikoli 5 u 8 — Kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq”

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali D. Ruiz-Jarabo Colomer, ippreżentati fl-14 ta’ Mejju 2009   I ‐ 10720

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009   I ‐ 10747

    Sommarju tas-sentenza

    1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Aċċess għan-netwerks u għar-riżorsi relatati kif ukoll l-interkonnessjoni tagħhom – Direttiva 2002/19

      (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19, Artikoli 2, 4(1), 5 u 8, u 2002/21, Artikolu 2)

    2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Aċċess għan-netwerks u għar-riżorsi relatati kif ukoll l-interkonnessjoni tagħhom – Direttiva 2002/19

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19, Artikoli 4(1), 8(2) u 12(1))

    3. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Aċċess għan-netwerks u għar-riżorsi relatati kif ukoll l-interkonnessjoni tagħhom – Direttiva 2002/19

      (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19, Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), il-punt a tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(4), u 2002/21, Artikolu 8)

    1.  L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/19 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, moqri flimkien mal-premessi 5, 6, 8 u 19 kif ukoll l-Artikoli 5 u 8 ta’ din id-direttiva, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tillimitax il-possibbiltà li jiġi invokat l-obbligu ta’ negozjati fil-qasam ta’ interkonnessjoni ta’ netwerks fuq l-operaturi ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet biss.

      Fil-fatt, ir-reċiproċità tal-interkonnessjoni, prevista mill-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva timplika li ż-żewġ partijiet għan-negozjati għandhom ikunu operaturi ta’ netwerks pubbliċi. Barra minn hekk, l-obbligu ta’ negozjati stipulat f’din id-dispożizzjoni huwa biss dwar l-interkonnessjoni ta’ netwerks, bl-esklużjoni ta’ forom oħra ta’ aċċess għan-netwerks, u japplika biss għall-operaturi tan-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet fil-konfront ta’ operaturi oħra ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet.

      Hija l-qorti tar-rinviju, billi tuża d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 2002/19 u 2002/21 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, li għandha tiddeċiedi, jekk fid-dawl tal-istatus u n-natura tal-operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn jistgħux jiġu kkwalifikati bħala operaturi ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet.

      (ara l-punti 33, 34, 47, 48 u d-dispożittiv 1)

    2.  Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tikkunsidra li jkun ġie ppreġudikat l-obbligu li tiġi nnegozjata interkonnessjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/19 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, fil-qasam ta’ interkonnessjoni ta’ networks fuq l-operaturi ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet, meta impriża li ma jkollhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq toffri l-interkonnessjoni lil impriża oħra fuq kundizzjonijiet unilaterali li jostakolaw l-iżvilupp ta’ suq tal-imnut kompetittiv meta dawn il-kundizzjonijiet jimpedixxu lill-klijenti tat-tieni impriża milli jibbenefikaw mis-servizzi tagħha.

      (ara l-punt 55 u d-dispożittiv 2)

    3.  Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/21, dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, u tad-Direttiva 2002/19 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, qasam ta’ interkonnessjoni ta’ networks fuq l-operaturi ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet, jippermettu lil awtorità regolatorja nazzjonali tieħu deċiżjoni li tordna lil impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq iżda li tikkontrolla l-aċċess għall-utenti finali sabiex tinnegozja in bona fide ma’ impriża oħra jew interkonnessjoni taż-żewġ netwerks inkwistjoni jekk min jagħmel it-talba għal tali aċċess għandu jkun ikkwalifikat bħala operatur ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet, jew interoperabbilità tas-servizzi ta’ SMS u ta’ MMS jekk dan l-operatur ma jaqax taħt din il-kwalifika.

      (ara l-punti 61, 62 u d-dispożittiv 3)

    Arriba