Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0167

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-167/08

    Draka NK Cables Ltd et

    vs

    Omnipol Ltd

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie)

    “Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 43(1) — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Kunċett ta’ ‘parti’”

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009   I ‐ 3479

    Sommarju tas-sentenza

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 43(1))

    Bħall-Artikoli 36(1) u 40(1) tal-Konvenzjoni, tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, l-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditur ta’ debitur ma jistax jippreżenta appell kontra deċiżjoni fuq talba għal dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva jekk ma jkunx intervjena formalment bħala parti fil-proċeduri li fihom kreditur ieħor ta’ dan id-debitur ikun talab għal din id-dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva.

    Fil-fatt, kemm f’dan il-każ kif ukoll fl-ieħor, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni prevista tikkostitwixxi sistema awtonoma u kompleta, indipendenti mis-sistemi legali nazzjonali, inklużi fil-qasam tal-appelli. Ir-regoli relatati magħha għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Il-ġurisprudenza li tikkonċerna l-Artikoli 36 u 40 tal-Konvenzjoni tapplika għall-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 44/2001.

    (ara l-punti 23, 24, 27, 30, 31 u d-dispożittiv)

    Top