Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0138

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-138/08

    Hochtief AG

    u

    Linde-Kca-Dresden GmbH

    vs

    Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla)

    “Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċeduri mibdija wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/18/KE u qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva — Proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi ammess numru minimu ta’ kandidati xierqa — Obbligu li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina”

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009   I ‐ 9892

    Sommarju tas-sentenza

    1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18)

    2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Direttiva 93/37 – Proċeduri nnegozjati wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti

      (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 22(3))

    3. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Direttiva 93/37 – Proċeduri nnegozjati wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti

      (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 7(2), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 22(2), u Artikolu 22(3))

    1.  Id-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi] mhijiex applikabbli għal deċiżjoni adottata minn awtorità kontraenti waqt l-għoti ta’ kuntratt pubbbliku għal xogħlijiet, qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva.

      F’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna l-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet li tkun għadha pendenti fid-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni, ikun kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali li l-liġi applikabbli tiġi ddeterminata b’riferiment għad-data tal-għoti tal-kuntratt, meta d-deċiżjoni li fir-rigward tagħha ġie allegat ksur tad-dritt Komunitarju ttieħdet qabel din id-data.

      (ara l-punti 29, 30 u d-dispożittiv 1)

    2.  L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 93/37, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] kif emendata bid-Direttiva 97/52, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta kuntratt jingħata bi proċedura nnegozjata u n-numru tal-kandidati xierqa ma jilħaqx il-limitu minimu stabbilit għall-proċedura kkonċernata, l-awtorità kontraenti tista’ madankollu tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidat jew lill-kandidati xierqa sabiex jinnegozjaw il-kundizzjonijiet tal-imsemmi kuntratt.

      (ara l-punt 44 u d-dispożittiv 2)

    3.  Id-Direttiva 93/37, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 97/52, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina huwa sodisfatt meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura nnegozjata taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2) tal-imsemmija direttiva.

      Rigward il-fażi ta’ negozjati tal-kuntratt, l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 93/37 jobbliga lill-awtorità kontraenti tistieden numru suffiċjenti ta’ kandidati sabiex jieħdu sehem f’din il-fażi. Jekk dan in-numru huwiex suffiċjenti jew le sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina għandu jiġi ddeterminat skont il-karatteristiċi u s-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat.

      Jekk f’tali proċedura, in-numru tal-kandidati xierqa ma jilħaqx il-limitu minimu stabbilit għall-proċedura kkonċernata, li, skont id-Direttiva 93/37, ma jistax ikun ta’ inqas minn tlieta, għandu jiġi ammess li, minkejja li l-kundizzjonijiet ta’ natura ekonomika u teknika speċifiċi għal din il-proċedura ġew stabbiliti u applikati b’mod korrett, l-awtorità kontraenti madankollu żgurat kompetizzjoni ġenwina.

      (ara l-punti 52-54, u d-dispożittiv 3)

    Top