Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0069

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-69/08

    Raffaello Visciano

    vs

    Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli)

    “Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema — Insolvenza ta’ min iħaddem — Direttiva 80/987/KEE — Obbligu ta’ ħlas tal-krediti kollha mhux imħallsa sa limitu massimu stabbilit minn qabel — Natura tal-krediti tal-ħaddiem fil-konfront tal-istituzzjoni ta’ garanzija — Terminu ta’ preskrizzjoni”

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali V. Trstenjak, ippreżentati fit-2 ta’ April 2009   I ‐ 6743

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009   I ‐ 6770

    Sommarju tas-sentenza

    1. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddem – Direttiva 80/987

      (Direttiva tal-Kunsill 80/987, Artikoli 3 u 4)

    2. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddem – Direttiva 80/987

      (Direttiva tal-Kunsill 80/987, Artikoli 4 u 5)

    3. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddem – Direttiva 80/987

      (Direttiva tal-Kunsill 80/987)

    1.  L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 80/987, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-krediti mhux imħallsa tal-impjegati jiġu kklassifikati bħala “benefiċċji tas-sigurtà soċjali” meta dawn jitħallsu minn istituzzjoni ta’ garanzija.

      (ara l-punt 31 u d-dispożittiv 1)

    2.  Id-Direttiva 80/987, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tuża bħala sempliċi terminu ta’ paragun il-kreditu inizjali marbut mal-paga tal-impjegat sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċċju li għandu jiġi ggarantit permezz tal-intervent minn fond ta’ garanzija.

      (ara l-punt 35 u d-dispożittiv 2)

    3.  Fil-kuntest ta’ talba minn impjegat għall-ksib minn fond ta’ garanzija tal-ħlas ta’ krediti ta’ paga mhux imħallsa, id-Direttiva 80/987, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sena (prinċipju ta’ ekwivalenza). Madankollu, huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li teżamina jekk il-formulazzjoni tiegħu jirrendix prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ drittijiet rikonoxxuti mis-sistema legali Komunitarja (prinċipju ta’ effettività).

      (ara l-punt 50 u d-dispożittiv 3)

    Top