This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0013
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-13/08
Proċedura mibdija minn
Erich Stamm u Anneliese Hauser
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Trattament ugwali — Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom — Qbiela — Struttura agrarja”
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2008 I ‐ 11089
Sommarju tas-sentenza
Ftehim internazzjonali – Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni – Aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u l-eżerċizzju ta’ din l-attività
(Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni, Anness I, Artikoli 13 u 15(1))
Skont l-Artikolu 15(1) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, parti kontraenti għandha tagħti lill-“ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom”, fis-sens tal-Artikolu 13 ta’ dan l-anness, tal-parti kontraenti l-oħra, f’dak li jikkonċerna l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha fl-Istat ospitanti, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti minn dan tal-aħħar liċ-ċittadini tiegħu.
(ara l-punt 49 u d-dispożittiv)